+Artikolu 23b Talbiet għal informazzjoni
---+Artikolu 23b 1.
---+Artikolu 23b 2.
---+Artikolu 23b 3.
---+Artikolu 23b 4.
---+Artikolu 23b 5.

Artikolu 23b Talbiet għal informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23b 1.
L-AETS tista’, permezz ta' talba sempliċi jew ta' deċiżjoni, teħtieġ li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, persuni involuti fl-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu, entitatjiet gradati u partijiet terzi relatati, partijiet terzi li lilhom l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi u persuni li huma b’xi mod ieħor relatati jew konnessi mill-qrib u b'mod sostanzjali mal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu jew l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu jipprovdu l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 23b 2.

Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b) 

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) 

tispeċifika x'informazzjoni hija mitluba;

(d) 

tistabbilixxi l-limitu ta' żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tinforma lill-persuna li tkun intalbet din l-informazzjoni li hi mhix obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda li kwalunkwe tweġiba għat-talba għall-informazzjoni ma għandhiex tkun skorretta jew li tiżgwida;

(f) 

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 36a, flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima II tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

Artikolu 23b 3.

Meta tirrikjedi li tingħatalha informazzjoni skont il-paragrafu 1 b'deċiżjoni, l-AETS għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali għat-talba;

(b) 

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) 

tispeċifika x'informazzjoni hija mitluba;

(d) 

tistabbilixxi l-limitu ta' żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 36b meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;

(f) 

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 36a, flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima II tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw; u

(g) 

tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell għar-rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23b 4.
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni legali jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità legali, il-persuni awtorizzati biex jirrapreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu, jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompluta, ma tkunx korretta jew tkun tiżgwida.
Artikolu 23b 5.
L-AETS għandha tibgħat, mingħajr dewmien, kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li huma kkonċernati mit-talba għal informazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.