+Artikolu 23e Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti l-multi
---+Artikolu 23e 1.
---+Artikolu 23e 2.
---+Artikolu 23e 3.
---+Artikolu 23e 4.
---+Artikolu 23e 5.
---+Artikolu 23e 6.
---+Artikolu 23e 7.
---+Artikolu 23e 8.

Artikolu 23e Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti l-multi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23e 1.
Meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS issib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tip wieħed jew aktar ta' ksur elenkat fl-Anness III, l-AETS għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-AETS biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun involut fis-superviżjoni diretta tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS.
Artikolu 23e 2.
L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jippreżenta fajl komplet bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS.

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista' jeżerċita s-setgħa li jirrkjedi informazzjoni skont l-Artikolu 23b u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 23c u 23d. Meta juża dawn is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 23a.

Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġburin mill-AETS fl-attivitajiet superviżorji tagħha.

Artikolu 23e 3.
Meta jikkompleta l-investigazzjoni tiegħu u qabel jippreżenta l-fajl bil-konklużjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża l-konklużjonijiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni soġġetti għall-investigazzjoni kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.

Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.

Artikolu 23e 4.
Meta jippreżenta l-fajl bil-konklużjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.
Artikolu 23e 5.
Abbażi tal-fajl li jkun fih il-konklużjonijiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li jkun sema' lill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni skont l-Artikolu 25 u 36c, il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS għandu jiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness III jkunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u f'każ bħal dan, għandu jieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 24 u jimponi multa skont l-Artikolu 36a.
Artikolu 23e 6.
L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-AETS jew bi kwalunkwe mod ieħor jindaħal fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-AETS.
Artikolu 23e 7.
Il-Kummissjoni għandha tadotta aktar regoli ta' proċedura biex tiġi eżerċitata s-setgħa li jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta' multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali.

Ir-regoli msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c.

Artikolu 23e 8.
L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-AETS għandha żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali meta liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel li tirriżulta minn fatti identiċi, jew minn fatti li jkunu sostanzjalment l-istess, tkun saret res judicata bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.