+Artikolu 35a Responsabbiltà ċivili
---+Artikolu 35a 1.
---+Artikolu 35a 2.
---+Artikolu 35a 3.
---+Artikolu 35a 4.
---+Artikolu 35a 5.
---+Artikolu 35a 6.
|
Artikolu 35a Responsabbiltà ċivili
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35a 1.
|
Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun wettqet intenzjonalment jew b’negliġenza serja kwalunkwe ksur elenkat fl-Anness III li jħalli impatt fuq xi gradazzjoni tal-kreditu, investitur jew emittent jista’ jitlob danni minn dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu gradgħal danni kkważati lilhu b’dak il-ksur. Investitur jista’ jitlob danni taħt dan l-Artikolu meta jistabbilixxi li b’mod raġonevoli, f’konformità mal-Artikolu 5a(1) jew inkella b’kull diliġenza possibbli, qagħad fuq gradazzjoni tal-kreditu għal deċiżjoni biex jinvesti fi strument finanzjarju kopert minn dik il-gradazzjoni tal-kreditu, biex iżommu jew ineħħih. Emittent jista’ jitlob dannu taħt dan l-Artikolu meta jistabbilixxi li hu jew l-istrumenti finanzjarji tiegħu huma koperti b’dik il-gradazzjoni tal-kreditu u l-ksur ma kienx ikkawżat minn informazzjoni qarrieqa jew mhux preċiża provduta mill-emittent lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu, direttament jew permezz ta’ informazjzoni disponibbli lill-pubbliku.
|
|
Artikolu 35a 2.
|
Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-investitur jew tal-emittent li jippreżenta informazzjoni preċiża u dettaljata li tindika li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu wettqet ksur ta’ dan ir-Regolament, u li l-ksur kellu impatt fuq il-gradazzjoni tal-kreditu maħruġa. X’jikkostitwixxi informazzjoni preċiża u dettaljata għandu jkun ivvalutat mill-qorti nazzjonali kompetenti, filwaqt li jitqies li l-investitur jew l-emittent jista’ ma jkollux aċċess għal informazzjoni li hija purament fl-isfera tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
|
|
Artikolu 35a 3.
|
Ir-responsabbiltà ċivili ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata minn qabel biss fejn dik il-limitazzjoni tkun:
(a)
raġonevoli u proporzjonata; u
(b)
permessa bil-liġi nazzjonali applikabbli f’konformità mal-paragrafu 4.
Ma għandha jkollha ebda effett ġuridiku kwalunkwe limitazzjoni li ma tikkonformax mal-ewwel subparagrafu, jew kwalunkwe esklużżjoni tar-responsabbiltà ċivili.
|
|
Artikolu 35a 4.
|
Termini bħal “dannu”, “intenzjoni”, “negliġenza serja”, “b’mod raġonevoli qagħad fuq”, “diliġenza xierqa”, “impatt”, “raġonevoli” u “proporzjonata” li huma msemmija f’dan l-Artikolu iżda li mhumiex definiti għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli kif determinat mir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat. Kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ċivili ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli kif determinat mir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat. Il-qorti li hi kompetenti li tiddeċiedi dwar talba għal dannu minħabba responsabbiltà ċivili magħmula minn investitur jew emittent għandha tkun determinata mir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat.
|
|
Artikolu 35a 5.
|
Dan l-Artikolu ma jeskludix talbiet ulterjuri għar-riżarċiment tad-dannu għal responsabbiltà ċivili f’konformità mal-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 35a 6.
|
Id-dritt għal rimedju stabbilit f’dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-AETS milli teżerċita b’ mod sħiħ il-poteri tagħha kif stipulat fl-Artikolu 36a.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|