|
+Artikolu 39 5. |
Artikolu 39 5.Il-Kummissjoni, wara li tottjeni parir tekniku mill-AETS, għandha terġa’ teżamina s-sitwazzjoni fis-suq tal-gradazzjonijiet tal-kreditu. Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha sal-1 ta’ Jannar 2016 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġislattiva jekk dan ikun xieraq, li jivvaluta b’mod partikolari:
(a)
jekk hemmx bżonn li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 8b sabiex jiġu inklużi prodotti oħrajn ta’ kreditu finanzjarju;
(b)
jekk ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 6, 6a u 7 ikunux taffew biżżejjed il-konflitti ta’ interess;
(c)
jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rotazzjoni msemmi fl-Artikolu 6b għandux jiġi estiż għal kategoriji ta’ assi oħrajn u jekk huwiex xieraq li jintużaw perjodi b’tulijiet differenti fost il-kategoriji tal-assi;
(d)
l-adegwatezza ta’ mudelli eżistenti u alternattivi ta’ rimunerazzjoni;
(e)
jekk hemmx bżonn li jiġu implimentati miżuri oħrajn li jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq tal-gradazzjonijiet tal-kreditu;
(f)
l-adegwatezza ta’ inizjattivi addizzjonali biex tiġi promossal-kompetizzjoni fis-suq tal-gradazzjonijiet tal-kreditu fl-isfond tal-evoluzzjoni tal-istruttura tas-settur;
(g)
jekk hemmx bżonn li jiġu proposti miżuri biex tiġi indirizzata d-dipendenza żejda kuntrattwali fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu;
(h)
il-livelli ta’ konċentrazzjoni tas-suq, ir-riskji li jiġu minn konċentrazzjoni qawwija, u l-impatt fuq l-istabbiltà ġenerali tas-settur finanzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|