+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

Lista ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 36a(1)

I.    Ksur relatat ma’ kunflitti ta’ interess, rekwiżiti organizzattivi jew operattivi

1. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 4(3) billi tapprova gradazzjoni tal-kreditu maħruġa f'pajjiż terz mingħajr ma tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu, sakemm ir-raġuni għal dan il-ksur ikun barra l-għarfien jew il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.

2. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) billi tuża l-approvazzjoni ta' gradazzjoni tal-kreditu maħruġa f'pajjiż terz bl-intenzjoni li tevita r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

3. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabilixxix bord amministrattiv jew superviżorju.

4. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-interess kummerċjali tagħha ma jtellifx l-indipendenza jew il-preċiżjoni tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu.

5. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi taħtar maniġment għoli li ma jkunx ta' reputazzjoni tajba, b'ħiliet jew esperjenza suffiċjenti, jew li ma jistax jiżgura l-ġestjoni soda u prudenti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.

6. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tielet paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma taħtarx l-għadd meħtieġ ta’ membri indipendenti fil-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha.

7. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mar-raba' paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi tistabbilixxi sistema ta’ kumpens għall-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha li tkun assoċjata mal-prestazzjoni kummerċjali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew li ma tkunx maħsuba biex tiżgura l-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom; jew billi tistabbilixxi mandat tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha għal perijodu li jaqbeż il-ħames snin jew għal mandat li jiġedded; jew billi tkeċċi membru indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju ħlief fil-każ ta' mġiba ħażina jew sottoprestazzjoni professjonali.

8. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ħames paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi taħtar membri fil-bord amministrattiv jew superviżorju li ma jkollhomx ħila esperta suffiċjenti fis-servizzi finanzjarji; jew, fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu ta' ►M5  strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ , billi ma taħtarx mill-inqas membru wieħed indipendenti u membru ieħor tal-bord li jkollu għarfien u esperjenza profonda f’livell għoli tas-swieq fi ►M5  strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ .

9. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mas-sitt paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju jwettqu l-kompiti ta' monitoraġġ ta' kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imsemmijin fis-sitt paragrafu ta' dak il-punt.

10. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mas-seba' paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju jippreżentaw perijodikament lill-bord l-opinjoni tagħhom dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fis-sitt paragrafu ta' dak il-punt jew jagħmlu dawk l-opinjonijiet disponibbli lill-AETS meta jiġu mitluba.

11. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix linji politiċi jew proċeduri adegwati li jiżguraw konformità mal-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament.

▼M6

12. 

L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma jkollhiex proċeduri amministrattivi jew ta’ kontabilità, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi dwar il-valutazzjoni tar-riskju, jew kontroll effettiv jew arranġamenti ta’ salvagwardja għall-ġestjoni ta’ sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554; jew billi ma timplimentax jew ma żżommx proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew strutturi organizzattivi kif meħtieġ minn dak il-punt.

▼M1

13. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix jew ma żżommx dipartiment ta' funzjoni ta' konformità (funzjoni ta' konformità) permanenti u effettiv li jopera indipendentement.

14. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li jippermettu li l-funzjoni ta’ konformità twettaq ir-responsabbilitajiet tagħha kif suppost jew independentement, kif stabbilit fl-ewwel pargrafu ta' dak il-punt.

15. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi adatti u effettivi li jipprevjenu, jidentifikaw, jeliminaw jew jimmaniġġjaw u jiżvelaw kull kunflitt ta' interess imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Anness I, jew billi ma tagħmilx arranġamenti għaż-żamma ta' rekords dwar it-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu, inkluż it-theddid għar-regoli dwar l-analisti tal-gradazzjonijiet imsemmija fit-Taqsima C tal-Anness I, kif ukoll is-salvagwardji applikati biex jattenwaw dak it-theddid.

16. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 8 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tapplikax sistemi, riżorsi jew proċeduri adatti biex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet ta' klassifikazjoni tal-kreditu.

17. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix funzjoni ta' rieżami li:

(a) 

tkun responsabbli biex perjodikament terġa' teżamina l-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni tagħha jew kwalunkwe bidliet jew modifiki sinifikanti għaliha, jew l-adegwatezza ta' dawk il-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni fejn huma jkunu użati jew maħsuba li jkunu użati għall-valutazzjoni ta' strumenti finanzjarji ġodda;

(b) 

li tkun indipendenti mil-linji tan-negozju li huma responsabbli mill-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu; jew

(c) 

tirrapporta lill-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju.

18. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 10 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma timmonitorjax jew ma tevalwax l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, il-mekkaniżmi ta' kontroll intern u l-arranġamenti tagħhastabbiliti skont dan ir-Regolament jew ma tiħux miżuri xierqa biex tindirizza kull nuqqas.

▼M3

19. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tidentifikax, ma teliminax, jew ma tiġġestix u ma tiżvelax b’mod ċar u prominenti, kwalunkwe konflitt ta’ interess effettiv jew potenzjali li jista’ jinfluwenza l-analiżi jew il-ġudizzji tal-analisti ta’ gradazzjoni, tal-impjegati jew kwalunkwe persuna naturali oħra li s-servizzi tagħha huma għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u li huma involuti direttament f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni.

20. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 3 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt jew, fil-każ ta’ gradazzjoni tal-kreditu eżistenti jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti, billi ma tiżvelax minnufih li l-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni huwa affetwat potenzjalment minn dawk iċ-ċirkustanzi.

20a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 3a tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżvelax li gradazzjoni tal-kreditu eżistenti jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti huwa potenzjalment milqut bi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti taħt l-ittri (a) u (b) ta’ dak il-punt.

21. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 3 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tevalwax minnufih jekk hemmx raġunijiet għall-gradazzjoni mill-ġdid jew għall-irtirar ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti.

22. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi tigrada entitajiet fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu nnifisha jew kwalunkwe persuna li għandha, direttament jew indirettament, mill-inqas 5 % jew tal-kapital jonkella tad-drittijiet tal-vot tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew b’xi mod ieħor tinsab f’qagħda li teżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni jew ta’ parir lil dik l-entità ggradata jew parti terza relatata fir-rigward tal-istruttura korporattiva jew legali, l-assi, il-passivi jew l-attivitajiet ta’ dik l-entità ggradata jew parti terza relatata.

▼M3

22a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-paragrafu 1 tal-Artikolu 6a fejn xi wieħed mill-azzjonisti tagħha jew xi membru tagħha li jkollhom mill-inqas 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew f’kumpanija li jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza sinifikanti fuq dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu, jkunu fi ksur ta’ xi waħda mill-projbizzjonijiet taħt l-ittri (a) sa (e) ta’ dak l-istess paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-projbizzjoni taħt l-ittri (a) għal ishma fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti bħal fondi pensjonistiċi jew assigurazzjoni tal-ħajja, sakemm l-ishma fi skemi bħal dawn ma jqiegħdux lill-azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu f’pożizzjoni li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju ta’ dawk l-iskemi.

▼M1

23. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel parti tat-tielet paragrafu tal-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-forniment ta’ servizz anċillari ma jippreżentax kunflitt ta’ interess mal-attività tagħha ta’ gradazzjoni tal-kreditu.

24. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 5 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-analisti tal-gradazzjonijiet jew il-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet ma jagħmlux proposti jew rakkomandazzjonijiet dwar it-tfassil ta’ ►M5  strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ li dwarhom l-aġenzija li tiggrada l-kreditu hija mistennija toħroġ gradazzjoni tal-kreditu.

25. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 6 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tfassalx il-mezzi tar-rappurtaġġ jew tal-komunikazzjoni tagħha biex tiżgura l-indipendenza tal-persuni msemmijin fil-punt 1 tat-Taqsima B mill-attivitajiet l-oħra tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li jitwettqu fuq bażi kummerċjali.

26. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma żżommx rekords tal-inqas għal perijodu ta' tlett snin ladarba r-reġistrazzjoni tagħha tkun irtirata.

▼M3

26a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu li daħlet f’kuntratt għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq ir-rititolizzazzjonijiet tikser l-Artikolu 6b(1) billi toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur għal perjodu li jaqbeż l-erba’ snin.

26b. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu li daħlet f’kuntratt għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet tikser l-Artikolu 6b(3) billi tidħol f’kuntratt ġdid għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur għal perjodu li jkun ugwali għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt li skada msemmi fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 6b iżda li ma jaqbiżx l-erba’ snin.

▼M1

27. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(1) billi ma tiżgurax li l-analisti tal-gradazzjonijiet, l-impjegati tagħha jew kull persuna oħra fiżika li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tagħha u li huma direttament involuti fl-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu jkollhom għarfien u esperjenza adatta skont il-kompiti assenjati.

28. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(2) billi ma tiżgurax li persuna msemmija fl-Artikolu 7(1) ma tibdiex jew tipparteċipa f’negozjati rigward imposti jew ħlasijiet ma' kull entità ggradata, parti terza relatata jew kull persuna direttament jew indirettament marbuta mal-entità ggradata bħala kontroll.

29. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 3(a) tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima tieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex tipproteġi l-proprjetà jew ir-rekords fil-pussess tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu minn frodi, serq jew użu ħażin, waqt li jitqiesu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħha u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha.

30. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 5 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi timponi konsegwenzi negattivi fuq persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima meta dik il-persuna tirrapporta l-informazzjoni lill-uffiċjal għall-konformità bl-effett li persuna oħra kif imsemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima tkun wettqet imġiba li tikkunsidra bħala illegali.

31. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 6 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma terġax teżamina l-ħidma rilevanti tal-analista tal-gradazzjonijiet matul sentejn qabel it-tluq tiegħu jew tagħha, meta l-analista tal-gradazzjonijiet itemm l-impjieg tiegħu jew tagħha u jingħaqad ma' entità ggradata li hu jew hi kienu involuti fil-gradazzjoni tagħha, jew ditta finanzjarja, li hu jew hi kellhom x'jaqsmu magħha bħala parti mill-kompiti tiegħu jew tagħha fl-aġenzija li tiggrada l-kreditu.

32. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija f'dak il-punt ma tixtrix, ma tbigħx jew ma tidħolx fi transazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju imsemmi f'dak il-punt.

▼M3

33. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta’ dik it-Taqsima ma tiħux sehem fi jew inkella tinfluwenza d-determinazzjoni ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni kif stabbilit fil-punt 2 ta’ dik it-Taqsima.

▼M1

34. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punti (b), (c) u (d) tal-punt 3 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima ma tiżvelax jew ma tużax jew ma taqsamx informazzjoni, kif imsemmi f'dawk il-punti.

35. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima ma titlobx jew ma taċċettax flus, rigali jew favuri mingħand xi ħadd li miegħu l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tagħmel in-negozju.

▼M3

36. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta’ dik it-Taqsima ma tiħux pożizzjoni ewlenija fil-maniġment tal-entità ggradata jew il-parti terza relatata magħha fi żmien sitt xhur mill-gradazzjoni tal-kreditu jew mill-prospett ta’ gradazzjoni.

▼M1

37. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-analista ewlieni tal-gradazzjonijiet mhuwiex involut f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha għal perijodu li jaqbeż erba' snin.

▼M3

38. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mal-punt (i) tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li, fejn tipprovdi gradazzjonijiet tal-kreditu jew gradazzjonijiet sovrani mhux solleċitati, analist tal-gradazzjoni ma jkunx involut fl-attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati magħha għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin.

39. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mal-punt (ii) tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I billi ma taċċertax, fejn tipprovdi gradazzjonijiet tal-kreditu jew gradazzjonijiet sovrani mhux solleċitati, li persuna li tapprova l-gradazzjonijiet tal-kreditu ma tkunx involuta f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew ma’ parti terza relatata magħha għal perjodu li jaqbeż is-seba’ snin.

40. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt mhijiex involuta f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-entità ggradata jew il-parti terza relatata msemmija f’dawk il-punti sa sentejn mit-tmiem tal-perjodi stabbiliti f’dawk il-punti.

▼M1

41. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(5) billi tintroduċi kumpens jew evalwazzjoni tal-prestazzjoni kontinġenti fuq l-ammont ta’ dħul li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikseb mingħand l-entitajiet iggradati jew partijiet terzi relatati.

▼M3

42. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(2) billi ma tadottax, ma timplimentax jew ma tinfurzax miżuri adegwati biex tiżgura li l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni li toħroġ ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli għaliha u li tkun rilevanti għall-analiżi tagħha skont il-metodoloġiji applikabbli ta’ gradazzjoni.

▼M3

42a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(2) billi tuża informazzjoni li tinsab barra mill-ambitu tal-Artikolu 8(2).

42b. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(2a) billi toħroġ bidliet fil-gradazzjonijiet tal-kreditu li ma jkunux konformi mal-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha li ġew ippubblikati.

▼M1

43. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(3) billi ma tużax metodoloġiji ta' gradazzjoni li huma rigorużi, sistematiċi, kontinwi u soġġetti għal validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza storika, inkluż l-ittestjar retrospettiv.

44. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) billi tirrifjuta li toħroġ gradazzjoni tal-kreditu ta’ entità jew strument finanzjarju għax porzjon mill-entità jew l-istrument finanzjarju kien ingħata gradazzjoni qabel minn aġenzija oħra ta' gradazzjoni tal-kreditu.

45. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) billi ma tirreġistrax l-istanti kollha fejn, fil-proċess ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha, tħalli l-gradazzjonijiet tal-kreditu eżistenti ppreparati minn aġenzija li tiggrada l-kreditu oħra fir-rigward tal-assi sottostanti jew ►M5  strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ u billi ma tipprovdixġustifikazzjoni għall-evalwazzjoni differenti.

▼M3

46. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) billi ma timmoniterjax il-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha li ma jkunux gradazzjonijiet sovrani jew billi ma tirrivedix il-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha li ma jkunux gradazzjonijiet sovrani jew metodoloġiji tal-gradazzjoni fuq bażi kontinwa jew mill-inqas darba kull sena.

▼M3

46a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) billi ma timmoniterjax il-gradazzjonijiet sovrani tagħha jew billi ma tirrivedix il-gradazzjonijiet sovrani fuq bażi kontinwa jew mill-inqas kull sitt xhur.

▼M1

47. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni sentenza tal-Artikoli 8(5) billi ma tistabbilixxix arranġamenti interni biex timmonitorja l-impatt tal-bidliet tal-kondizzjonijiet makroekonomiċi jew tas-suq finanzjarju dwar il-gradazzjonijiet tal-kreditu.

48. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (b) tal-Artikolu 8(6), fejn il-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni użati f'attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu jinbidlu, billi ma teżaminax mill-ġdid il-gradazzjonijiet tal-kreditu affettwati f'konformità ma' dak il-punt, jew billi ma tqigħedx, sadanittant dawk il-gradazzjonijiet taħt osservazzjoni.

49. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (c) tal-Artikolu 8(6) billi ma tiggradax mill-ġdid gradazzjoni tal-kreditu li tkun ibbażata fuq metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjonili jkunu mibdula jekk l-effett ġenerali kkombinat ta' dawk il-bidliet jaffettwa lil dik il-gradazzjoni tal-kreditu.

▼M3

49a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (c) tal-Artikolu 8(6), flimkien mal-punt (c) tal-Artikolu 8(7), billi ma tiggradax mill-ġdid gradazzjoni tal-kreditu fejn żbalji fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni jew fl-applikazzjoni tagħhom jaffettwaw dik il-gradazzjoni tal-kreditu.

▼M1

50. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 9 billi testernalizza funzjonijiet operattivi importanti b’tali mod li jtellef materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew il-ħila tal-AETS li tissorvelja l-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu mal-obbligi skont dan ir-Regolament.

51. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 4 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, billi toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew ma tirtirax gradazzjoni eżistenti fil-każ fejn in-nuqqas ta' data affidabbli jew il-kumplessità tal-istruttura ta' tip ġdid ta' strument finanzjarju jew il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli ma tkunx sodisfaċenti jew tqajjem dubji serji dwar jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tistax tipprovdi gradazzjoni tal-kreditu kredibbli.

52. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(6) billi tuża l-isem tal-AETS jew ta' kwalunkwe awtorità kompetenti b’tali mod li jindika jew jissuġġerixxi l-appoġġ jew l-approvazzjoni mill-AETS jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tal-gradazzjonijiet tal-kreditu jew kwalunkwe attività ta’ gradazzjoni tal-kreditu tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.

53. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 13 billi titlob imposta għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 8 sa 12.

54. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu, meta tkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni, tikser l-Artikolu 14(1), billi ma tapplikax għal reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 2(1).

▼M3

55. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(3) billi ma tippubblikax fuq il-website tagħha, jew billi ma tippreżentax lill-AETS fuq bażi annwali, skont il-punt 3 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I, kalendarju fl-aħħar ta’ Diċembru għat-tnax-il xahar segwenti, li jistabbilixxi massimu ta’ tliet dati li jaqgħu nhar ta’ Ġimgħa għall-pubblikazzjoni ta’ gradazzjonijiet sovrani mhux solleċitati u prospetti ta’ gradazzjoni relatati u li jistabbilixxi d-dati għall-pubblikazzjoni ta’ gradazzjonijiet sovrani solleċitati u prospetti ta’ gradazzjoni relatati.

56. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(4) billi tiddevja mill-kalendarju mħabbar fejn dan ma jkunx neċessarju biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 11(1) jew billi ma tipprovdix spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-kalendarju mħabbar.

57. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 3 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I, billi tippubblika gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni relatata matul il-ħinijiet tan-negozju ta’ swieq regolati jew inqas minn siegħa qabel il-ftuħ tagħhom.

58. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 4 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I, billi tinkludi rakkomandazzjonijiet politiċi, preskrizzjonijiet jew linji gwida lil entitajiet iggradati, inklużi Stati jew awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stati, bħala parti minn gradazzjoni sovrana jew prospetti ta’ gradazzjoni relatata.

59. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(2) billi tibbaża l-komunikazzjonijiet pubbliċi tagħha relatati ma’ bidliet fi gradazzjonijiet sovrani, u li ma jkunux gradazzjonijiet tal-kreditu, prospetti ta’ gradazzjoni jew stqarrijiet għall-istampa li jakkumpanjawhom, kif imsemmi fil-punt 5 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, fuq informazzjoni fl-isfera tal-entità ggradata, fejn tali informazzjoni tkun ġiet żvelata mingħajr il-kunsens tal-entità ggradata, ħlief jekk tkun disponibbli minn sorsi ġeneralment aċċessibbli jew ħlief jekk ma jkunx hemm raġunijiet leġittmi għall-entità ggradata biex ma tagħtix il-kunsens tagħha għar-rilaxx tal-informazzjoni.

60. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(1) billi ma toħroġx rapporti disponibbli għall-pubbliku dwar il-pajjiżi individwali meta tħabbar ir-reviżjoni ta’ grupp partikolari ta’ pajjiżi.

61. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt 1 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I billi toħroġ gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni relatat mingħajr ma tipprovdi simultanjament rapport dettaljat ta’ riċerka li jispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi kollha u kwalunkwe informazzjoni oħra kkunsidrata fid-determinazzjoni ta’ dik il-gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni jew billi dak ir-rapport ma tagħmlux disponibbli għall-pubbliku, ċar u li jinftiehem faċilment.

62. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt 2 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I billi ma toħroġx rapport ta’ riċerka disponibbli għall-pubbliku li jakkumpanja bidla meta mqabbel mal-gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni relatat preċedenti jew billi ma tinkludix f’dak ir-rapport tal-anqas l-informazzjoni msemmija fil-punt 2(a) sa (d) tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I.

▼M1

II.    Ksur relatat mal-ostakoli għall-attivitajiet superviżorji

1. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tagħmilx arranġamenti għal rekords jew sekwenzi ta' verifika tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha kif meħtieġ minn dawk id-dispożizzjonijiet.

2. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-punt 8 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma żżommx ir-rekords jew sekwenzi ta' verifika msemmija fil-punt 7 ta' dik it-Taqsima fl-uffiċji tagħja għal tal-inqas ħames snin jew billi ma tqigħedx, fuq talba, dawk ir-rekords jew is-sekwenzi ta' verifika għad-dispożizzjoni tal-AETS.

3. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 9 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma żżommx rekords li jistipulaw id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew l-entità ggradata jew xi parti terza relatata skont ftehim, biex tipprovdi servizzi ta' gradazzjoni tal-kreditu għall-perijodu tar-relazzjoni ma' dik l-entità ggradata jew parti terza relatata tagħha.

▼M3

3a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(3) billi ma tinnotifikax lill-AETS dwar it-tibdil materjali maħsub fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni, fil-mudelli jew fis-suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin eżistenti jew dwar il-metodoloġiji tal-gradazzjoni, mudelli jew suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin ġodda proposti meta tippubblika l-metodoloġiji tal-gradazzjoni, fuq il-website tagħha taħt l-Artikolu 8(5a).

3b. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5a) billi ma tippubblikax fuq il-website tagħha l-metodoloġiji l-ġodda tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin proposti jew il-bidliet materjali proposti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin li jista’ jkollhom impatt fuq gradazzjoni tal-kreditu flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-bidliet u l-implikazzjoni tagħhom.

3c. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(7) billi ma tinnotifikax lill-AETS dwar l-iżbalji skoperti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom jew billi ma tispjegax l-impatt tagħhom fuq il-gradazzjonijiet tagħha, inkluża l-ħtieġa li jiġu rieżaminati l-gradazzjonijiet maħruġa.

▼M1

4. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11(2) billi ma tagħmilx disponibbli l-informazzjoni meħtieġa jew billi ma tipprovdix dik l-informazzjoni fil-format meħtieġ kif imsemmi f'dak il-paragrafu.

▼M3

4a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11a(1) billi ma tagħmilx l-informazzjoni mitluba disponibbli jew billi ma tipprovdix dik l-informazzjoni fil-format mitlub kif imsemmi f’dak il-paragrafu.

▼M1

5. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11(3), flimkien mal-punt 2 tal-Parti I tat-Taqsima E tal-Anness I, billi ma tipprovdix lill-AETS lista tas-servizzi anċillari tagħha.

6. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) billi ma tinnotifikax lill-AETS dwar kwalunkwe tibdil materjali fil-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali skont dak is-subparagrafu.

▼M3

7. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 23b(1) billi tonqos milli tipprovdi informazzjoni bi tweġiba għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni taħt l-Artikolu 23b(3), jew billi tipprovdi informazzjoni skorretta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba sempliċi għall-informazzjoni jew deċiżjoni.

8. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (c) tal-Artikolu 23c(1) billi tonqos milli tipprovdi spjegazzjoni, jew billi tipprovdi spjegazzjoni skorretta jew qarrieqa, dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett jew l-iskop ta’ spezzjoni.

▼M1

III.    Ksur relatat mad-dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar

1. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima B tal-Anness I billi ma tiżvelax lill-pubbliku l-ismijiet tal-entitajiet iggradati jew tal-partijiet terzi relatati li mingħandhom tirċievi aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħha.

2. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni parti tat-tielet paragrafu tal-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżvelax fir-rapport ta' gradazzjoni finali servizz anċillari pprovdut lill-entità ggradata jew kwalunkwe parti terza relatata.

3. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(1) billi ma tiżvelax lill-pubbliku l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni li tuża fl-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha kif deskritt fil-punt 5 tal-Parti I ta' Taqsima E tal-Anness I.

4. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(6), fejn jinbidlu l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni użati f'attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu, billi ma tiżvelax immedjatament, jew billi tiżvela u ma tużax l-istess mezz ta' komunikazzjoni li ntuża għad-distribuzzjoni tal-gradazzjonijiet ta' kreditu affettwati, l-ambitu probabbli tal-gradazzjonijiet tal-kreditu affettwati.

▼M3

4a. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (aa) tal-Artikolu 8(6), fejn ikollha l-ħsieb li tuża metodoloġiji ġodda, billi ma tinformax lill-AETS jew billi ma tippubblikax minnufih fuq il-website tagħha r-riżultati tal-konsultazzjoni u l-metodoloġiji l-ġodda flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata tagħhom u d-data ta’ applikazzjoni tagħhom.

4b. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(7) billi ma tinnotifikax żbalji skoperti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom lill-entitajiet iggradati affetwati jew billi ma tispjegax l-impatt fuq il-gradazzjonijiet tagħha, inkluża l-ħtieġa li jiġu rieżaminati l-gradazzjonijiet maħruġa.

4c. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (b) tal-Artikolu 8(7) billi ma tippubblikax fuq il-website tagħha l-iżbalji skoperti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom fejn dawn l-iżbalji ikollhom impatt fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.

▼M1

5. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(1) billi ma tiżvelax fuq bażi mhux selettiva jew fil-ħin deċiżjoni li ma tkomplix il-gradazzjoni tal-kreditu, inklużi r-raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni.

▼M3

6. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 1 jew 2, l-ewwel paragrafu tal-punt 4 jew il-punti 5 jew 6, tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, jew il-Partijiet II jew III tat-Taqsima D tal-Anness I, billi ma tipprovdix l-informazzjoni kif mitlub minn dawk id-dispożizzjonijiet meta tippreżenta gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni.

7. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 3 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, billi ma tinfurmax lill-entità ggradata matul il-ħinijiet tax-xogħol tal-entità ggradata u tal-anqas jum sħiħ ta’ ħidma qabel il-pubblikazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni.

▼M1

8. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(3) billi ma tiżgurax li l-kategoriji ta' gradazzjoni li huma attribwiti lil ►M5  strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ jkunu distinti b'mod ċar bl-użu ta' simbolu addizzjonali li jiddistingwihom mill-kategoriji ta' gradazzjoni użati għal kull entità, strument finanzjarju jew obbligu finanzjarju oħra.

9. 

L-aġenzija ta' klassifikazjoni tal-kreditu tikser l-Artikolu 10(4) billi ma tiżvelax il-politiki jew il-proċeduri tagħha rigward il-gradazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba.

10. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(5) billi ma tipprovdix l-informazzjoni kif meħtieġ minn dak il-paragrafu meta toħroġ gradazzjoni tal-kreditu mhux mitluba jew billi ma tidentifikax gradazzjoni tal-kreditu mhux mitluba bħala tali.

11. 

L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11(1) billi ma tiżvelax b'mod sħiħ jew ma taġġornax immedjatament l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet stabbiliti fil-Parti I tat-Taqsima E tal-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.