|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“indiċi” tfisser kwalunkwe ċifra:
(a)
li tiġi ppubblikata jew titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;
(b)
li tiġi ddeterminata regolarment:
(i)
totalment jew parzjalment permezz tal-applikazzjoni ta' formula jew kwalunkwe metodu ieħor ta' kalkolu, jew permezz ta' valutazzjoni; u
(ii)
fuq il-bażi tal-valur ta' assi sottostanti wieħed jew aktar, jew ta' prezzijiet, inklużi stimi ta' prezzijiet, rati tal-imgħax reali jew stmati, kwotazzjonijiet u kwotazzjonijiet impenjati, jew valuri jew stħarriġ oħra;
(2)
“fornitur tal-indiċi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta' indiċi;
(3)
“parametru referenzjarju” tfisser kwalunkwe indiċi li b'referenza għalih jiġi ddeterminat l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew il-valur ta' strument finanzjarju, jew indiċi li jintuża biex titkejjel il-prestazzjoni ta' fond ta' investiment bil-għan tal-monitoraġġ tar-rendiment ta' tali indiċi jew biex tiġi ddefinita l-allokazzjoni tal-assi ta' portafoll jew biex jiġu kkalkulati t-tariffi fuq il-prestazzjoni;
(4)
“familja ta' parametri referenzjarji” tfisser grupp ta' parametri referenzjarji forniti mill-istess amministratur u determinati minn data tal-input tal-istess natura li jipprovdu miżuri speċifiċi tas-suq jew tar-realtà ekonomika li jkunu l-istess jew simili;
(5)
“forniment ta' parametru referenzjarju” tfisser:
(a)
l-amministrazzjoni tal-arranġamenti għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju;
(b)
il-ġbir, l-analiżi jew l-ipproċessar tad-data tal-input għall-iskop tad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju; u
(c)
d-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz tal-applikazzjoni ta' formula jew metodu ieħor ta' kalkolu jew b'valutazzjoni tad-data tal-input ipprovduta għal dan l-għan;
(6)
“amministratur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta' parametru referenzjarju;
(7)
“użu ta' parametru referenzjarju” tfisser:
(a)
il-ħruġ ta' strument finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi;
(b)
id-determinazzjoni tal-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju billi jiġi referenzjat indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi;
(c)
li tkun parti f'kuntratt finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi;
(d)
l-għoti ta' rata tas-self kif iddefinit fil-punt (j) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE kkalkulata bħala differenza jew mark-up fuq indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċijiet u li tintuża biss bħala referenza f'kuntratt finanzjarju li għalih il-kreditur huwa parti;
(e)
il-kejl tal-prestazzjoni ta' fond ta' investiment permezz ta' indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi bl-għan tal-monitoraġġ tar-rendiment ta' tali indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi, tad-definizzjoni tal-allokazzjoni tal-assi ta' portafoll, jew tal-komputazzjoni tat-tariffi tal-prestazzjoni;
(8)
“kontribuzzjoni ta' data tal-input” tfisser il-forniment ta' kwalunkwe data tal-input mhux disponibbli immedjatament lill-amministratur, jew lil persuna oħra għall-finijiet li tgħaddi għand amministratur, li hija meħtieġa f'konnessjoni mad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju, u li hija fornuta għal dak l-għan;
(9)
“kontributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tikkontribwixxi data tal-input;
(10)
“kontributur taħt superviżjoni” tfisser entità taħt superviżjoni li tikkontribwixxi data tal-input lill-amministratur li jinsab fl-Unjoni;
(11)
“sottomettenti” tfisser persuna fiżika impjegata mill-kontributur għall-iskop li tikkontribwixxi data tal-input;
(12)
“valutatur” tfisser impjegat ta' amministratur ta' parametru referenzjarju tal-komoditajiet, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministratur jew taħt il-kontroll tal-amministratur, li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' metodoloġija jew ġudizzju għal data tal-input jew informazzjoni oħra sabiex tintlaħaq valutazzjoni konklużiva dwar il-prezz ta' ċerta komodità;
(13)
“ġudizzju espert” tfisser l-eżerċizzju ta' diskrezzjoni mill-amministratur jew mill-kontributur fir-rigward tal-użu ta' data fid-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju, inkluż l-estrapolazzjoni ta' valuri minn tranżazzjonijiet preċedenti jew relatati, l-aġġustament tal-valuri għall-fatturi li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità ta' data bħall-avvenimenti tas-suq jew l-indeboliment tal-kwalità tal-kreditu ta' xerrej jew bejjiegħ, u l-ippeżar tal-offerti ta' kumpaniji li huma akbar minn tranżazzjoni konkluża partikolari;
(14)
“data tal-input” tfisser id-data dwar il-valur ta' assi sottostanti wieħed jew aktar, jew il-prezzijiet, inklużi stimi tal-prezzijiet kwotazzjonijiet, kwotazzjonijiet impenjati jew valuri oħra użati minn amministratur biex jiddetermina parametru referenzjarju;
(15)
“data tat-tranżazzjonijiet” tfisser il-prezzijiet, ir-rati, l-indiċi jew il-valuri osservabbli li jirrappreżentaw tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet mhux affiljati f'suq attiv soġġett għal forzi kompetittivi tal-forniment u d-domanda;
(16)
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li għalih saret talba għal ammissjoni għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew li jiġi nnegozjat f'ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta' internalizzatur sistematiku, kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva;
(17)
“entità taħt superviżjoni” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni tal-kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(b)
ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(d)
impriżi tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(e)
UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew, fejn applikabbli, kumpanija tal-maniġment tal-UCITS kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) ta' dik id-Direttiva;
(f)
maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFMs) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(g)
istituzzjoni għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(h)
kreditur kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE għall-finijiet tal-ftehimiet ta' kreditu taħt il-punt (c) tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva;
(i)
istituzzjoni mhux ta' kreditu kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE għall-finijiet tal-ftehimiet ta' kreditu kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva;
(j)
operatur tas-suq kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(k)
CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(l)
repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(m)
amministratur awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 34;
(18)
“kuntratt finanzjarju” tfisser:
(a)
kwalunkwe ftehim ta' kreditu kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE;
(b)
kwalunkwe ftehim ta' kreditu kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE;
(19)
“fond ta' investiment” tfisser AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, jew UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(20)
“korp maniġerjali” tfisser il-korp jew korpi ta' amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra, li jinħatru skont id-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni kumplessiva tal-amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra, u li jissorveljaw u jwettqu monitoraġġ fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali u jinkludu persuni li effettivament jidderieġu l-operat tal-amministratur jew tal-entità taħt superviżjoni oħra;
(21)
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti finanzjarji koperti minn dan ir-Regolament, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
(22)
“parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax” tfisser parametru referenzjarju li għall-finijiet tal-punt (1)(b)(ii) ta' dan il-paragrafu huwa determinat abbażi tar-rata li biha l-banek jistgħu jsellfu lil, jew jissellfu mingħand, banek jew aġenti oħra, barra minn banek fis-suq monetarju.
(22a)
“parametru referenzjarju tal-kambju spot” tfisser parametru referenzjarju li jirrifletti l-prezz, espress f’munita waħda, ta’ munita oħra jew ta’ basket ta’ muniti oħra, għal kunsinna fl-iktar data tal-valur kmieni possibbli;
(23)
“parametru referenzjarju tal-komoditajiet” tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(b)(ii) ta' dan il-paragrafu huwa komodità skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ( 6 ), bl-esklużjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet kif imsemmija fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(23a)
“Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE” tfisser parametru referenzjarju indikat bħala Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta’ dan il-paragrafu u tal-Artikolu 19b, l-assi sottostanti tiegħu jintgħażlu, jiġu ponderati jew jiġi esklużi b’tali mod li l-portafoll tal-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun fuq trajettorja ta’ dekarbonizzazzjoni; u
(b)
huwa mibni skont l-istandards minimi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2);
(23b)
“Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi” tfisser parametru referenzjarju indikat bħala Parametru referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta’ dan il-paragrafu u tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 19c, l-assi sottostanti tiegħu jintgħażlu, jiġu ponderati jew jiġi esklużi b’tali mod li l-emissjonijiet ta’ karbonju tal-portafoll tal-parametru referenzjarju li jirriżulta huma allinjati mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 ( 7 ) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”);
(b)
huwa mibni skont l-istandards minimi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2); u
(c)
l-attivitajiet relatati mal-assi sottostanti tiegħu ma jkunux ta’ dannu sinifikanti għal objettivi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG, environmental, social and governance) oħra;
(23c)
“trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni” tfisser trajettorja li tista’ titkejjel, ibbażata fuq ix-xjenza u limitata fiż-żmien lejn l-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tal-Ambitu 1, 2 u 3 kif imsemmi fil-punt (1)(e) tal-Anness III;
(24)
“parametru referenzjarju ta' data regolata” tfisser parametru referenzjarju determinat bl-applikazzjoni ta' formula minn:
(a)
data tal-input ikkontribwita kompletament minn:
(i)
ċentru ta’ negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew ċentru ta’ negozjar f’pajjiż terz li għalih il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż huwa kkunsidrat li għandu effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew l-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew suq regolat ikkunsidrat ekwivalenti skont l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iżda f’kull każ biss b’referenza għal data ta’ tranżazzjoni li tikkonċerna l-istrumenti finanzjarji;
(ii)
arranġament approvat għall-pubblikazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (34), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew fornitur ta’ tape konsolidat kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (35), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, skont ir-rekwiżiti obbligatorji tat-trasparenza ta’ wara n-negozjar, iżda b’referenza biss għad-data tat-tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru tan-negozjar;
(iii)
mekkaniżmu ta’ rapportar approvat kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, iżda b’referenza biss għad-data tat-tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru tan-negozjar u li trid tiġi divulgata skont ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar;
(iv)
skambju tal-elettriku kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
(v)
skambju ta' gass naturali kif imsemmi fil-punt (j)tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
(vi)
pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 26 jew 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 ( 11 );
(vii)
fornitur ta’ servizzi li lilu l-amministratur ta’ parametru referenzjarju jkun esternalizza l-ġbir tad-data skont l-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 10(3), sakemm il-fornitur ta’ servizzi jirċievi d-data kompletament minn entità msemmija fil-punti (i) sa (vi) ta’ dan il-punt;
(b)
valuri netti tal-assi ta' fondi ta' investiment;
(25)
“parametru referenzjarju ta' importanza kritika” tfisser parametru referenzjarju għajr parametru referenzjarju ta' data regolata li jissodisfa kwalunkwe mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) u li jinsab fuq il-lista stabbilita mill-Kummissjoni bis-saħħa ta' dak l-Artikolu;
(26)
“parametru referenzjarju sinifikanti” tfisser parametru referenzjarju li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1); ▼M6 —————
(28)
“jinsab” tfisser, fir-rigward ta' persuna ġuridika, il-pajjiż terz fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta' dik il-persuna jew indirizz uffiċjali ieħor, filwaqt li f'rabta ma' persuna fiżika, il-pajjiż fejn dik il-persuna hija residenti għal finijiet ta' taxxa;
(29)
“awtorità pubblika” tfisser:
(a)
kwalunkwe gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, inklużi l-entitajiet inkarigati bl-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha;
(b)
kwalunkwe entità jew persuna li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont id-dritt nazzjonali jew li jkollha responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi jew tipprovdi servizzi pubbliċi, inklużi miżuri ta' impjieg, attivitajiet ekonomiċi u inflazzjoni, taħt il-kontroll ta' entità fis-sens tal-punt (a). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|