+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“indiċi” tfisser kwalunkwe ċifra:
(a)
li tiġi ppubblikata jew titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;
(b)
li tiġi ddeterminata regolarment:
(i)
totalment jew parzjalment permezz tal-applikazzjoni ta' formula jew kwalunkwe metodu ieħor ta' kalkolu, jew permezz ta' valutazzjoni; u
(ii)
fuq il-bażi tal-valur ta' assi sottostanti wieħed jew aktar, jew ta' prezzijiet, inklużi stimi ta' prezzijiet, rati tal-imgħax reali jew stmati, kwotazzjonijiet u kwotazzjonijiet impenjati, jew valuri jew stħarriġ oħra;
(2)
“fornitur tal-indiċi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta' indiċi;
(3)
“parametru referenzjarju” tfisser kwalunkwe indiċi li b'referenza għalih jiġi ddeterminat l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew il-valur ta' strument finanzjarju, jew indiċi li jintuża biex titkejjel il-prestazzjoni ta' fond ta' investiment bil-għan tal-monitoraġġ tar-rendiment ta' tali indiċi jew biex tiġi ddefinita l-allokazzjoni tal-assi ta' portafoll jew biex jiġu kkalkulati t-tariffi fuq il-prestazzjoni;
(4)
“familja ta' parametri referenzjarji” tfisser grupp ta' parametri referenzjarji forniti mill-istess amministratur u determinati minn data tal-input tal-istess natura li jipprovdu miżuri speċifiċi tas-suq jew tar-realtà ekonomika li jkunu l-istess jew simili;
(5)
“forniment ta' parametru referenzjarju” tfisser:
(a)
l-amministrazzjoni tal-arranġamenti għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju;
(b)
il-ġbir, l-analiżi jew l-ipproċessar tad-data tal-input għall-iskop tad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju; u
(c)
d-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz tal-applikazzjoni ta' formula jew metodu ieħor ta' kalkolu jew b'valutazzjoni tad-data tal-input ipprovduta għal dan l-għan;
(6)
“amministratur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta' parametru referenzjarju;
(7)
“użu ta' parametru referenzjarju” tfisser:
(a)
il-ħruġ ta' strument finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi;
(b)
id-determinazzjoni tal-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju billi jiġi referenzjat indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi;
(c)
li tkun parti f'kuntratt finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi;
(d)
l-għoti ta' rata tas-self kif iddefinit fil-punt (j) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE kkalkulata bħala differenza jew mark-up fuq indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċijiet u li tintuża biss bħala referenza f'kuntratt finanzjarju li għalih il-kreditur huwa parti;
(e)
il-kejl tal-prestazzjoni ta' fond ta' investiment permezz ta' indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi bl-għan tal-monitoraġġ tar-rendiment ta' tali indiċi jew kombinazzjoni ta' indiċi, tad-definizzjoni tal-allokazzjoni tal-assi ta' portafoll, jew tal-komputazzjoni tat-tariffi tal-prestazzjoni;
(8)
“kontribuzzjoni ta' data tal-input” tfisser il-forniment ta' kwalunkwe data tal-input mhux disponibbli immedjatament lill-amministratur, jew lil persuna oħra għall-finijiet li tgħaddi għand amministratur, li hija meħtieġa f'konnessjoni mad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju, u li hija fornuta għal dak l-għan;
(9)
“kontributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tikkontribwixxi data tal-input;
(10)
“kontributur taħt superviżjoni” tfisser entità taħt superviżjoni li tikkontribwixxi data tal-input lill-amministratur li jinsab fl-Unjoni;
(11)
“sottomettenti” tfisser persuna fiżika impjegata mill-kontributur għall-iskop li tikkontribwixxi data tal-input;
(12)
“valutatur” tfisser impjegat ta' amministratur ta' parametru referenzjarju tal-komoditajiet, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministratur jew taħt il-kontroll tal-amministratur, li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' metodoloġija jew ġudizzju għal data tal-input jew informazzjoni oħra sabiex tintlaħaq valutazzjoni konklużiva dwar il-prezz ta' ċerta komodità;
(13)
“ġudizzju espert” tfisser l-eżerċizzju ta' diskrezzjoni mill-amministratur jew mill-kontributur fir-rigward tal-użu ta' data fid-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju, inkluż l-estrapolazzjoni ta' valuri minn tranżazzjonijiet preċedenti jew relatati, l-aġġustament tal-valuri għall-fatturi li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità ta' data bħall-avvenimenti tas-suq jew l-indeboliment tal-kwalità tal-kreditu ta' xerrej jew bejjiegħ, u l-ippeżar tal-offerti ta' kumpaniji li huma akbar minn tranżazzjoni konkluża partikolari;
(14)
“data tal-input” tfisser id-data dwar il-valur ta' assi sottostanti wieħed jew aktar, jew il-prezzijiet, inklużi stimi tal-prezzijiet kwotazzjonijiet, kwotazzjonijiet impenjati jew valuri oħra użati minn amministratur biex jiddetermina parametru referenzjarju;
(15)
“data tat-tranżazzjonijiet” tfisser il-prezzijiet, ir-rati, l-indiċi jew il-valuri osservabbli li jirrappreżentaw tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet mhux affiljati f'suq attiv soġġett għal forzi kompetittivi tal-forniment u d-domanda;
(16)
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li għalih saret talba għal ammissjoni għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew li jiġi nnegozjat f'ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta' internalizzatur sistematiku, kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva;
(17)
“entità taħt superviżjoni” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni tal-kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(b)
ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
(d)
impriżi tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(e)
UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew, fejn applikabbli, kumpanija tal-maniġment tal-UCITS kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) ta' dik id-Direttiva;
(f)
maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFMs) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
(g)
istituzzjoni għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
(h)
kreditur kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE għall-finijiet tal-ftehimiet ta' kreditu taħt il-punt (c) tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva;
(i)
istituzzjoni mhux ta' kreditu kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE għall-finijiet tal-ftehimiet ta' kreditu kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva;
(j)
operatur tas-suq kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(k)
CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
);
(l)
repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
▼M6
(m)
amministratur awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 34;
▼B
(18)
“kuntratt finanzjarju” tfisser:
(a)
kwalunkwe ftehim ta' kreditu kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE;
(b)
kwalunkwe ftehim ta' kreditu kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE;
(19)
“fond ta' investiment” tfisser AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, jew UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(20)
“korp maniġerjali” tfisser il-korp jew korpi ta' amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra, li jinħatru skont id-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni kumplessiva tal-amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra, u li jissorveljaw u jwettqu monitoraġġ fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali u jinkludu persuni li effettivament jidderieġu l-operat tal-amministratur jew tal-entità taħt superviżjoni oħra;
(21)
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti finanzjarji koperti minn dan ir-Regolament, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
(22)
“parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax” tfisser parametru referenzjarju li għall-finijiet tal-punt (1)(b)(ii) ta' dan il-paragrafu huwa determinat abbażi tar-rata li biha l-banek jistgħu jsellfu lil, jew jissellfu mingħand, banek jew aġenti oħra, barra minn banek fis-suq monetarju.
▼M3
(22a)
“parametru referenzjarju tal-kambju spot” tfisser parametru referenzjarju li jirrifletti l-prezz, espress f’munita waħda, ta’ munita oħra jew ta’ basket ta’ muniti oħra, għal kunsinna fl-iktar data tal-valur kmieni possibbli;
▼B
(23)
“parametru referenzjarju tal-komoditajiet” tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(b)(ii) ta' dan il-paragrafu huwa komodità skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (
6
), bl-esklużjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet kif imsemmija fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
▼M1
(23a)
“Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE” tfisser parametru referenzjarju indikat bħala Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta’ dan il-paragrafu u tal-Artikolu 19b, l-assi sottostanti tiegħu jintgħażlu, jiġu ponderati jew jiġi esklużi b’tali mod li l-portafoll tal-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun fuq trajettorja ta’ dekarbonizzazzjoni; u
(b)
huwa mibni skont l-istandards minimi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2);
(23b)
“Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi” tfisser parametru referenzjarju indikat bħala Parametru referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta’ dan il-paragrafu u tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 19c, l-assi sottostanti tiegħu jintgħażlu, jiġu ponderati jew jiġi esklużi b’tali mod li l-emissjonijiet ta’ karbonju tal-portafoll tal-parametru referenzjarju li jirriżulta huma allinjati mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 (
7
) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”);
(b)
huwa mibni skont l-istandards minimi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2); u
(c)
l-attivitajiet relatati mal-assi sottostanti tiegħu ma jkunux ta’ dannu sinifikanti għal objettivi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG, environmental, social and governance) oħra;
(23c)
“trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni” tfisser trajettorja li tista’ titkejjel, ibbażata fuq ix-xjenza u limitata fiż-żmien lejn l-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tal-Ambitu 1, 2 u 3 kif imsemmi fil-punt (1)(e) tal-Anness III;
▼B
(24)
“parametru referenzjarju ta' data regolata” tfisser parametru referenzjarju determinat bl-applikazzjoni ta' formula minn:
▼M2
(a)
data tal-input ikkontribwita kompletament minn:
▼M3
(i)
ċentru ta’ negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew ċentru ta’ negozjar f’pajjiż terz li għalih il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż huwa kkunsidrat li għandu effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
) jew l-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew suq regolat ikkunsidrat ekwivalenti skont l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iżda f’kull każ biss b’referenza għal data ta’ tranżazzjoni li tikkonċerna l-istrumenti finanzjarji;
▼M6
(ii)
arranġament approvat għall-pubblikazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (34), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew fornitur ta’ tape konsolidat kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (35), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, skont ir-rekwiżiti obbligatorji tat-trasparenza ta’ wara n-negozjar, iżda b’referenza biss għad-data tat-tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru tan-negozjar;
(iii)
mekkaniżmu ta’ rapportar approvat kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, iżda b’referenza biss għad-data tat-tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru tan-negozjar u li trid tiġi divulgata skont ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar;
▼B
(iv)
skambju tal-elettriku kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
);
(v)
skambju ta' gass naturali kif imsemmi fil-punt (j)tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
);
(vi)
pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 26 jew 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (
11
);
▼M2
(vii)
fornitur ta’ servizzi li lilu l-amministratur ta’ parametru referenzjarju jkun esternalizza l-ġbir tad-data skont l-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 10(3), sakemm il-fornitur ta’ servizzi jirċievi d-data kompletament minn entità msemmija fil-punti (i) sa (vi) ta’ dan il-punt;
▼B
(b)
valuri netti tal-assi ta' fondi ta' investiment;
(25)
“parametru referenzjarju ta' importanza kritika” tfisser parametru referenzjarju għajr parametru referenzjarju ta' data regolata li jissodisfa kwalunkwe mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) u li jinsab fuq il-lista stabbilita mill-Kummissjoni bis-saħħa ta' dak l-Artikolu;
(26)
“parametru referenzjarju sinifikanti” tfisser parametru referenzjarju li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1);
▼M6 —————
▼B
(28)
“jinsab” tfisser, fir-rigward ta' persuna ġuridika, il-pajjiż terz fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta' dik il-persuna jew indirizz uffiċjali ieħor, filwaqt li f'rabta ma' persuna fiżika, il-pajjiż fejn dik il-persuna hija residenti għal finijiet ta' taxxa;
(29)
“awtorità pubblika” tfisser:
(a)
kwalunkwe gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, inklużi l-entitajiet inkarigati bl-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha;
(b)
kwalunkwe entità jew persuna li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont id-dritt nazzjonali jew li jkollha responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi jew tipprovdi servizzi pubbliċi, inklużi miżuri ta' impjieg, attivitajiet ekonomiċi u inflazzjoni, taħt il-kontroll ta' entità fis-sens tal-punt (a).
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari li jispeċifikaw x'jikkostitwixxi tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għall-finijiet tad-definizzjoni ta' indiċi. Meta applikabbli, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq u l-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiġi stabbilita u rieżaminata lista ta' awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni li jaqgħu fl-ambitu tad-definizzjoni fil-punt (29) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati kont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2). Meta applikabbli, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq u l-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|