|
+Artikolu 4 7. |
Artikolu 4 7.Amministraturi għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li huma involuti direttament fil-forniment ta' parametru referenzjarju:
(a)
ikollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u jkunu soġġetti għal maniġment u superviżjoni effettivi;
(b)
ma jkunux soġġetti għal influwenza jew kunflitti ta' interess mhux dovuti u li l-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' dawn il-persuni ma joħolqux kunflitti ta' interess jew b'mod ieħor jaffettwaw l-integrità tal-proċess ta' determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;
(c)
ma jkollhom l-ebda interess jew konnessjoni kummerċjali li jikkompromettu l-attivitajiet tal-amministratur ikkonċernat;
(d)
ikunu pprojbiti milli jikkontribwixxu għal determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz ta' involviment f'offerti ta' prezz, f'offerti ta' akkwist u tranżazzjonijiet fuq bażi personali jew f'isem parteċipanti fis-suq, ħlief fejn tali mod ta' kontribuzzjoni jkun meħtieġ b'mod espliċitu bħala parti mill-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u jkun soġġett għal regoli speċifiċi f'dan ir-rigward; u
(e)
ikunu soġġetti għal proċeduri effettivi li jikkontrollaw l-iskambju ta' informazzjoni ma' impjegati oħra involuti f'attivitajiet li jistgħu joħolqu riskju ta' kunflitti ta' interess jew ma' partijiet terzi, meta dik l-informazzjoni tista' taffettwa l-parametru referenzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|