+Artikolu 4 Rekwiżiti ta' governanza u ta' kunflitti ta' interess
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
|
Artikolu 4 Rekwiżiti ta' governanza u ta' kunflitti ta' interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Amministratur għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara definita b'mod ċar, trasparenti u rwoli u responsabbiltajiet konsistenti għall-persuni kollha involuti fil-forniment ta' parametru referenzjarju. Amministraturi għandhom jieħdu l-passi adegwati biex jidentifikaw u jevitaw jew jamministraw kunflitti ta' interess bejniethom, inklużi l-maniġers tagħhom, l-impjegati jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta magħhom b'kontroll u l-kontributuri jew l-utenti u biex jiżguraw li, fejn ikunu meħtieġa kwalunkwe ġudizzju jew diskrezzjoni fil-proċess ta' determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, dawn jiġu eżerċitati b'mod indipendenti u onest.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-forniment ta' parametru referenzjarju għandu jkun separat b'mod operazzjonali minn kwalunkwe parti min-negozju tal-amministratur li tista' toħloq kunflitt ta' interess reali jew potenzjali.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Meta jqum kunflitt ta' interess fi ħdan amministratur minħabba l-istruttura ta' sjieda ta' dan tal-aħħar, interessi ta' kontroll jew attivitajiet oħra mwettqa minn kull entità li għandha jew tikkontrolla amministratur jew minn entità li hija proprjetà tal-amministratur jew ikkontrollata mill-amministratur jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tal-amministratur, li ma jistgħux jiġu mitigati b'mod adegwat, l-awtorità kompetenti rilevanti tista' titlob lill-amministratur biex jistabbilixxi funzjoni ta' sorveljanza indipendenti li għandha tinkludi rappreżentanza bbilanċjata ta' partijiet ikkonċernati, inklużi l-utenti u l-kontributuri.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Jekk tali kunflitt ta' interess ma jkunx jista' jiġi ġestit b'mod adegwat, l-awtorità kompetenti rilevanti tista' teżiġi li l-amministratur itemm l-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet li joħolqu il-kunflitt ta' interess jew ma jibqax iforni l-parametru referenzjarju.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Amministratur għandu jippubblika jew jiżvela l-kunflitti ta' interess eżistenti jew potenzjali kollha lill-utenti ta' parametru referenzjarju, lill-awtorità kompetenti rilevanti u, meta rilevanti, lill-kontributuri, inklużi kunflitti ta' interess li jinħolqu mis-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Amministratur għandu jistabbilixxi u jopera politiki u proċeduri adegwati, kif ukoll arranġamenti organizzattivi effettivi, għall-identifikazzjoni, l-iżvelar, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni ta' kunflitti ta' interess sabiex jiġu protetti l-integrità u l-indipendenza ta' determinazzjonijiet tal-parametri referenzjarji. Tali politiki u proċeduri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment. Il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu u jindirizzaw il-kunflitti ta' interess, il-livell ta' diskrezzjoni eżerċitata fil-proċess ta' determinazzjoni tal-parametru referenzjarju u r-riskji li joħloq il-parametru referenzjarju, u għandhom:
(a)
jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kkontribwita lill-amministratur jew prodotta minnu, soġġett għall-obbligi tal-iżvelar u tat-trasparenza taħt dan ir-Regolament; u
(b)
speċifikament jimmitigaw il-kunflitti ta' interess minħabba s-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur, jew minħabba interessi oħra fil-grupp tal-amministratur jew b'riżultat ta' persuni oħra li jistgħu jeżerċitaw influwenza jew kontroll fuq l-amministratur f'dak li għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Amministraturi għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li huma involuti direttament fil-forniment ta' parametru referenzjarju:
(a)
ikollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u jkunu soġġetti għal maniġment u superviżjoni effettivi;
(b)
ma jkunux soġġetti għal influwenza jew kunflitti ta' interess mhux dovuti u li l-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' dawn il-persuni ma joħolqux kunflitti ta' interess jew b'mod ieħor jaffettwaw l-integrità tal-proċess ta' determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;
(c)
ma jkollhom l-ebda interess jew konnessjoni kummerċjali li jikkompromettu l-attivitajiet tal-amministratur ikkonċernat;
(d)
ikunu pprojbiti milli jikkontribwixxu għal determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz ta' involviment f'offerti ta' prezz, f'offerti ta' akkwist u tranżazzjonijiet fuq bażi personali jew f'isem parteċipanti fis-suq, ħlief fejn tali mod ta' kontribuzzjoni jkun meħtieġ b'mod espliċitu bħala parti mill-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u jkun soġġett għal regoli speċifiċi f'dan ir-rigward; u
(e)
ikunu soġġetti għal proċeduri effettivi li jikkontrollaw l-iskambju ta' informazzjoni ma' impjegati oħra involuti f'attivitajiet li jistgħu joħolqu riskju ta' kunflitti ta' interess jew ma' partijiet terzi, meta dik l-informazzjoni tista' taffettwa l-parametru referenzjarju.
|
|
Artikolu 4 8.
|
Amministratur għandu jistabbilixxi proċeduri ta' kontroll intern speċifiċi biex jiżgura l-integrità u l-affidabbiltà tal-impjegat jew tal-persuna li jiddeterminaw il-parametru referenzjarju, inkluż, mill-inqas, l-iffirmar mill-maniġment qabel it-tixrid tal-parametru referenzjarju.
|
|
Artikolu 4 9.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika r-rekwiżiti maħsuba biex jiżguraw li l-arranġamenti ta’ governanza msemmija fil-paragrafu 1 ikunu robusti biżżejjed. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ottubru 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|