|
+Artikolu 5 3. |
Artikolu 5 3.Il-funzjoni ta' sorveljanza għandha topera b'integrità u għandu jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin, li għandhom jiġu aġġustati mill-amministratur abbażi tal-kumplessità, l-użu u l-vulnerabbiltà tal-parametru referenzjarju:
(a)
rieżami tad-definizzjoni u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tal-anqas annwalment;
(b)
sorveljanza ta' kwalunkwe bidla fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u possibbiltà li l-amministratur jintalab biex jikkonsulta dwar tali tibdil;
(c)
sorveljanza tal-qafas ta' kontroll tal-amministratur, il-maniġment u l-operat tal-parametru referenzjarju, u, meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq data tal-input minn kontributuri, il-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15;
(d)
rieżami u approvazzjoni tal-proċeduri għall-waqfien tal-parametru referenzjarju, fosthom kwalunkwe konsultazzjoni dwar il-waqfien;
(e)
sorveljanza ta' kwalunkwe parti terza involuta fil-forniment tal-parametru referenzjarju, inklużi l-aġenti tal-kalkolu jew tat-tixrid;
(f)
valutazzjoni tal-awditi jew ir-rieżamijiet interni u esterni, u monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' rimedju identifikati;
(g)
meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq kontributuri, monitoraġġ tad-data tal-input u l-kontributuri u l-azzjonijiet tal-amministratur fil-kontestazzjoni jew il-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-data tal-input;
(h)
meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq kontributuri, teħid ta' miżuri effettivi fir-rigward ta' kwalunkwe ksur tal-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15; u
(i)
rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' kwalunkwe kondotta ħażina mill-kontributuri meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq data tal-input minn kontributuri, jew amministraturi, li l-funzjoni ta' sorveljanza ssir taf biha, u ta' kwalunkwe data tal-input anomala jew suspettuża. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|