+Artikolu 5 Rekwiżiti tal-funzjoni ta' sorveljanza
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Rekwiżiti tal-funzjoni ta' sorveljanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Amministraturi għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta' sorveljanza permanenti u effettiva sabiex jiżguraw sorveljanza tal-aspetti kollha tal-forniment tal-parametri referenzjarji tagħhom.
Artikolu 5 2.
Amministraturi għandhom jiżviluppaw u jżommu proċeduri robusti fir-rigward tal-funzjoni ta' sorveljanza tagħhom, li għandhom jiġu magħmula disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Artikolu 5 3.

Il-funzjoni ta' sorveljanza għandha topera b'integrità u għandu jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin, li għandhom jiġu aġġustati mill-amministratur abbażi tal-kumplessità, l-użu u l-vulnerabbiltà tal-parametru referenzjarju:

(a) 

rieżami tad-definizzjoni u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tal-anqas annwalment;

(b) 

sorveljanza ta' kwalunkwe bidla fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u possibbiltà li l-amministratur jintalab biex jikkonsulta dwar tali tibdil;

(c) 

sorveljanza tal-qafas ta' kontroll tal-amministratur, il-maniġment u l-operat tal-parametru referenzjarju, u, meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq data tal-input minn kontributuri, il-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15;

(d) 

rieżami u approvazzjoni tal-proċeduri għall-waqfien tal-parametru referenzjarju, fosthom kwalunkwe konsultazzjoni dwar il-waqfien;

(e) 

sorveljanza ta' kwalunkwe parti terza involuta fil-forniment tal-parametru referenzjarju, inklużi l-aġenti tal-kalkolu jew tat-tixrid;

(f) 

valutazzjoni tal-awditi jew ir-rieżamijiet interni u esterni, u monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' rimedju identifikati;

(g) 

meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq kontributuri, monitoraġġ tad-data tal-input u l-kontributuri u l-azzjonijiet tal-amministratur fil-kontestazzjoni jew il-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-data tal-input;

(h) 

meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq kontributuri, teħid ta' miżuri effettivi fir-rigward ta' kwalunkwe ksur tal-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15; u

(i) 

rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' kwalunkwe kondotta ħażina mill-kontributuri meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq data tal-input minn kontributuri, jew amministraturi, li l-funzjoni ta' sorveljanza ssir taf biha, u ta' kwalunkwe data tal-input anomala jew suspettuża.

Artikolu 5 4.
Il-funzjoni ta' sorveljanza għandha titwettaq minn kumitat separat jew permezz ta' arranġament ieħor ta' governanza xierqa.
Artikolu 5 5.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri li jirrigwardaw il-funzjoni ta' sorveljanza u l-karatteristiċi tal-funzjoni ta' sorveljanza inkluża l-kompożizzjoni tagħha kif ukoll il-pożizzjonament tagħha fi ħdan l-istruttura organizzattiva tal-amministratur, sabiex jiġu żgurati l-integrità tal-funzjoni u l-assenza ta' kunflitti ta' interess. B'mod partikolari, l-ESMA għandha tiżviluppa lista mhux eżawrjenti ta' arranġamenti ta' governanza xierqa kif stabbilit fil-paragrafu 4.

L-ESMA għandha tagħmel distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' parametri referenzjarji u setturi kif stipulat f'dan ir-Regolament u għandha tqis id-differenzi fl-istruttura ta' sjieda u ta' kontroll tal-amministraturi, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-forniment tal-parametru referenzjarju, u r-riskju u l-impatt tal-parametru referenzjarju, anke fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tar-rekwiżiti ta' governanza tal-parametri referenzjarji. ►M6  ————— ◄

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.