|
+Artikolu 10 3. |
Artikolu 10 3.Meta sseħħ esternalizzazzjoni, l-amministratur għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-fornitur tas-servizz ikollu l-abbiltà, il-kapaċità u kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi, biex iwettaq il-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati b'mod affidabbli u professjonali;
(b)
l-amministratur iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-identità u l-kompiti tal-fornitur tas-servizz li jipparteċipa fil-proċess tad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;
(c)
l-amministratur jieħu azzjoni xierqa jekk ikun jidher li l-fornitur tas-servizz jista' ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u b'konformità mal-liġi applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;
(d)
l-amministratur iżomm l-għarfien espert meħtieġ biex jissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u biex jiġġestixxi r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;
(e)
il-fornitur tas-servizz jiżvela lill-amministratur kwalunkwe żvilupp li jista' jkollu impatt materjali fuq l-abbiltà tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u b'konformità mal-liġi applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;
(f)
il-fornitur tas-servizz jikkoopera mal-awtorità kompetenti rilevanti fir-rigward tal-attivitajiet esternalizzati, u l-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti jkollhom aċċess effettiv għal data relatata mal-attivitajiet esternalizzati, kif ukoll għas-siti tal-operat tal-fornitur tas-servizz, u l-awtorità kompetenti rilevanti tkun tista' teżerċita dawk id-drittijiet ta' aċċess;
(g)
l-amministratur jkun jista' jittermina l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni meta jkun meħtieġ;
(h)
l-amministratur jieħu passi raġonevoli, inklużi pjanijiet ta' kontinġenza, biex jevita riskju operazzjonali eċċessiv marbut mal-parteċipazzjoni tal-fornitur tas-servizz fil-proċess ta' determinazzjoni tal-parametru referenzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|