|
+Artikolu 16 5. |
Artikolu 16 5.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-governanza, is-sistemi u l-kontrolli, u l-politiki stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3. L-ESMA għandha tqis il-karatteristiċi differenti tal-parametri referenzjarji u l-kontributuri taħt superviżjoni, b'mod partikolari f'termini ta' differenzi fid-data tal-input provduta u l-metodoloġiji użati, ir-riskji ta' manipulazzjoni tad-data tal-input u n-natura tal-attivitajiet imwettqa mill-kontributuri taħt superviżjoni, u żviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-parametri referenzjarji. ►M6 ————— ◄ L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|