+Artikolu 16 Rekwiżiti ta' governanza u kontroll għal kontributuri taħt superviżjoni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16 Rekwiżiti ta' governanza u kontroll għal kontributuri taħt superviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Ir-rekwiżiti ta' governanza u ta' kontroll li ġejjin għandhom japplikaw għal kontributur taħt superviżjoni:

(a) 

il-kontributur taħt superviżjoni għandu jiżgura li l-forniment ta' data tal-input ma jkun affettwat mill-ebda kunflitt ta' interess eżistenti u li fejn tkun meħtieġa kwalunkwe diskrezzjoni, din tiġi eżerċitata b'mod indipendenti u onest fuq il-bażi tal-informazzjoni rilevanti skont il-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15;

(b) 

il-kontributur taħt superviżjoni għandu jkollu fis-seħħ qafas ta' kontroll li jiżgura l-integrità, l-eżattezza u l-affidabbiltà tad-data tal-input u li d-data tal-input tiġi pprovduta f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15.

Artikolu 16 2.

Kontributur taħt superviżjoni għandu jkollu fis-seħħ sistemi u kontrolli effettivi sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-affidabbiltà tal-kontribuzzjonijiet kollha ta' data tal-input lill-amministratur, inklużi:

(a) 

kontrolli dwar min jista' jissottometti data tal-input lil amministratur, inkluż, meta jkun proporzjonat, proċess ta' ffirmar minn persuna fiżika li jkollha pożizzjoni fi grad ogħla dik tas-sottomettenti;

(b) 

taħriġ xieraq għas-sottomettenti, li jkopri tal-anqas dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(c) 

miżuri għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, inkluża separazzjoni organizzattiva tal-impjegati meta jkun xieraq u kunsiderazzjoni ta' kif jitneħħew inċentivi, maħluqa mill-politiki ta' remunerazzjoni, biex jiġi mmanipulat kwalunkwe parametru referenzjarju;

(d) 

żamma ta' rekords, għal perjodu xieraq ta' żmien, tal-komunikazzjonijiet fir-rigward tal-forniment tad-data tal-input, ta' kull informazzjoni użata biex il-kontributur ikun jista' jagħmel kull sottomissjoni, u ta' kull kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali, inkluż, iżda mhux limitat għal, l-esponiment tal-kontributur għal strumenti finanzjarji li jużaw parametru referenzjarju bħala referenza;

(e) 

iż-żamma ta' rekords ta' awditi interni u esterni.

Artikolu 16 3.
Meta d-data tal-input tiddependi fuq ġudizzju espert, il-kontributuri taħt superviżjoni għandhom jistabbilixxu, minbarra s-sistemi u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2, politiki li jiggwidaw kwalunkwe ġudizzju jew eżerċizzju tad-diskrezzjoni u għandhom jżommu rekords tar-raġunament għal kwalunkwe tali ġudizzju jew diskrezzjoni. Meta jkun proporzjonat, kontributuri taħt superviżjoni għandhom iqisu n-natura tal-parametru referenzjarju u d-data tal-input tagħha.
Artikolu 16 4.
Kontributur taħt superviżjoni għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti fl-awditjar u s-superviżjoni tal-forniment ta' parametru referenzjarju u għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni l-informazzjoni u r-rekords miżmuma skont il-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 16 5.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-governanza, is-sistemi u l-kontrolli, u l-politiki stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.

L-ESMA għandha tqis il-karatteristiċi differenti tal-parametri referenzjarji u l-kontributuri taħt superviżjoni, b'mod partikolari f'termini ta' differenzi fid-data tal-input provduta u l-metodoloġiji użati, ir-riskji ta' manipulazzjoni tad-data tal-input u n-natura tal-attivitajiet imwettqa mill-kontributuri taħt superviżjoni, u żviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-parametri referenzjarji. ►M6  ————— ◄

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.