|
+Artikolu 23 6. |
Artikolu 23 6.F'każ li l-awtorità kompetenti, wara l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5 u abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess imsemmija fil-paragrafu 4, tikkunsidra li r-rappreżentanza ta' parametru referenzjarju ta' importanza kritika tkun qed titqiegħed f'riskju, għandu jkollha s-setgħa li:
(a)
teħtieġ lill-entitajiet taħt superviżjoni magħżula skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, inklużi entitajiet li għadhom mhumiex kontributuri għall-parametru referenzjarju ta' importanza kritika rilevanti, jikkontribwixxu data tal-input lill-amministratur skont il-metodoloġija tal-amministratur, il-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15 jew regoli oħra. Tali rekwiżit għandu jkun fis-seħħ għal perjodu xieraq ta' żmien li ma jaqbiżx 12-il xahar mid-data meta ttieħdet id-deċiżjoni inizjali li teħtieġ il-kontribuzzjoni obbligatorja skont il-paragrafu 5 jew, għal dawk l-entitajiet li jkunu għadhom mhumiex kontributuri, mid-data meta tittieħed id-deċiżjoni li teħtieġ il-kontribuzzjoni obbligatorja taħt dan il-punt;
(b)
testendi l-perjodu ta' kontribuzzjoni obbligatorja b'perjodu ta' żmien xieraq li ma jaqbiżx 12-il xahar, wara rieżami taħt il-paragrafu 9 ta' kwalunkwe miżura adottata skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu;
(c)
tiddetermina l-għamla li fiha, u ż-żmien sa meta, kull data tal-input għandha tiġi kkontribwita mingħajr ma timponi obbligu fuq entitajiet taħt superviżjoni li jinnegozjaw jew jikkommettu ruħhom għan-negozju;
(d)
teħtieġ li l-amministratur ibiddel il-metodoloġija, il-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15, jew regoli oħra ta' parametru referenzjarju ta' importanza kritika. Il-perijodu massimu ta’ kontribuzzjoni obbligatorja taħt il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandux jeċċedi ħames snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|