|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.Dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għandha tinkludi tal-anqas:
(a)
id-definizzjonijiet tat-termini ewlenin kollha marbuta mal-parametru referenzjarju;
(b)
ir-raġunament wara l-adozzjoni tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u l-proċeduri għar-rieżami u l-approvazzjoni tal-metodoloġija;
(c)
il-kriterji u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluża deskrizzjoni tad-data tal-input, il-prijorità mogħtija għal tipi differenti ta' data tal-input, id-data minima meħtieġa għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju l-użu ta' kwalunkwe mudell jew metodu ta' estrapolazzjoni u kwalunkwe proċedura għall-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi tal-parametru referenzjarju;
(d)
il-kontrolli u r-regoli li jirregolaw kwalunkwe eżerċizzju ta' ġudizzju jew diskrezzjoni mill-amministratur jew minn kwalunkwe kontributur, biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-użu ta' tali ġudizzju jew diskrezzjoni;
(e)
il-proċeduri li jirregolaw id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju f'perijodi ta' stress, jew f'perijodi meta s-sorsi tad-data tat-tranżazzjonijiet jistgħu jkunu insuffiċjenti, mhux preċiżi jew mhux affidabbli u l-limitazzjonijiet potenzjali tal-parametru referenzjarju f'perjodi bħal dawn;
(f)
il-proċeduri biex jiġu indirizzati żbalji fid-data tal-input, jew id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluż meta tkun meħtieġa determinazzjoni mill-ġdid tal-parametru referenzjarju; u
(g)
l-identifikazzjoni ta' limitazzjonijiet potenzjali ta' parametru referenzjarju, inkluż l-operat tiegħu fi swieq illikwidi jew frammentati u l-konċentrazzjoni possibbli ta' inputs. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|