+Artikolu 27 Dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 2a.
---+Artikolu 27 2aa.
---+Artikolu 27 2b.
---+Artikolu 27 3.

Artikolu 27 Dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
Fi żmien ġimagħtejn mill-inklużjoni ta' amministratur fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36, l-amministratur għandu jippubblika, b'mezzi li jiżguraw aċċess ġust u faċli, dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew, fejn applikabbli, għal kull familja ta' parametri referenzjarji li jistgħu jintużaw fl-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 29.

Meta dak l-amministratur jibda jipproduċi parametru referenzjarju ġdid jew familja ġdida ta' parametri referenzjarji li jistgħu jintużaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 29, l-amministratur għandu jippubblika, fi żmien ġimagħtejn u b'mezzi li jiżguraw aċċess ġust u faċli, dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju ġdid jew, fejn applikabbli, familja ta' parametri referenzjarji.

L-amministratur għandu jirrieżamina u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna d-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji fil-każ ta' kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont dan l-Artikolu u mill-inqas kull sentejn.

Id-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju għandha:

(a) 

b'mod ċar u bla ambigwità tiddefinixxi s-suq jew ir-realtà ekonomika mkejla mill-parametru referenzjarju u f'liema ċirkostanzi tali kejl jista' jsir inaffidabbli;

(b) 

tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b'mod ċar u mhux ambigwu jidentifikaw l-elementi tal-kalkolu tal-parametru referenzjarju fejn tista' tiġi eżerċitata diskrezzjoni, il-kriterji applikabbli għall-eżerċizzju ta' din id-diskrezzjoni u l-kariga tal-persuni li jistgħu jeżerċitaw id-diskrezzjoni, u kif din id-diskrezzjoni tista' sussegwentement tiġi evalwata;

(c) 

tipprovdi notifika tal-possibbiltà li fatturi, inklużi fatturi esterni lil hinn mill-kontroll tal-amministratur, jistgħu jirrikjedu bidliet fil-parametru referenzjarju, jew il-waqfien tiegħu; u

(d) 

tagħti parir lill-utenti li t-tibdil għal, jew il-waqfien ta', parametru referenzjarju jista' jkollu impatt fuq il-kuntratti finanzjarji jew l-istrumenti finanzjarji referenzjati mal-parametru referenzjarju jew il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment.

Artikolu 27 2.

Dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għandha tinkludi tal-anqas:

(a) 

id-definizzjonijiet tat-termini ewlenin kollha marbuta mal-parametru referenzjarju;

(b) 

ir-raġunament wara l-adozzjoni tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u l-proċeduri għar-rieżami u l-approvazzjoni tal-metodoloġija;

(c) 

il-kriterji u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluża deskrizzjoni tad-data tal-input, il-prijorità mogħtija għal tipi differenti ta' data tal-input, id-data minima meħtieġa għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju l-użu ta' kwalunkwe mudell jew metodu ta' estrapolazzjoni u kwalunkwe proċedura għall-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi tal-parametru referenzjarju;

(d) 

il-kontrolli u r-regoli li jirregolaw kwalunkwe eżerċizzju ta' ġudizzju jew diskrezzjoni mill-amministratur jew minn kwalunkwe kontributur, biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-użu ta' tali ġudizzju jew diskrezzjoni;

(e) 

il-proċeduri li jirregolaw id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju f'perijodi ta' stress, jew f'perijodi meta s-sorsi tad-data tat-tranżazzjonijiet jistgħu jkunu insuffiċjenti, mhux preċiżi jew mhux affidabbli u l-limitazzjonijiet potenzjali tal-parametru referenzjarju f'perjodi bħal dawn;

(f) 

il-proċeduri biex jiġu indirizzati żbalji fid-data tal-input, jew id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluż meta tkun meħtieġa determinazzjoni mill-ġdid tal-parametru referenzjarju; u

(g) 

l-identifikazzjoni ta' limitazzjonijiet potenzjali ta' parametru referenzjarju, inkluż l-operat tiegħu fi swieq illikwidi jew frammentati u l-konċentrazzjoni possibbli ta' inputs.

Artikolu 27 2a.
Għall-parametri referenzjarji sinifikanti ta’ ekwità u bonds, kif ukoll għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiddivulgaw fid-dikjarazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tagħhom dettalji dwar jekk huwiex żgurat u, sa liema punt ikun żgurat livell ta’ allinjament ġenerali mal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju jew li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, skont ir-regoli ta’ divulgazzjoni għall-prodotti finanzjarji fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( 13 )
Artikolu 27 2aa.
Meta parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji jinkludi fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom kwalunkwe referenza għall-kunsiderazzjoni tal-fatturi ESG, l-amministratur għandu jippubblika, b’mezzi li jiżguraw aċċess ġust u faċli, spjegazzjoni ta’ kif il-fatturi ESG huma riflessi għal kull wieħed mill-elementi msemmija fil-paragrafu 2.

Għal parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li huma soġġetti għall-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju skont il-paragrafu 1, dik l-ispjegazzjoni għandha tiġi inkluża f’dik id-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju.

Artikolu 27 2b.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 2a u 2aa ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-format standard li għandu jintuża għar-referenzi għall-fatturi ESG bil-ħsieb li l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu għażliet tassew informati u li tkun żgurata l-fattibbiltà teknika tal-konformità ma’ dawk il-paragrafi.
Artikolu 27 3.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju u l-każijiet li fihom ikun meħtieġ l-aġġornament ta' tali dikjarazzjoni.

L-EMSA għandha tiddistingwi bejn it-tipi differenti ta' parametri referenzjarji u setturi kif stipulat f'dan ir-Regolament u għandha tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.