Għall-parametri referenzjarji sinifikanti ta’ ekwità u bonds, kif ukoll għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiddivulgaw fid-dikjarazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tagħhom dettalji dwar jekk huwiex żgurat u, sa liema punt ikun żgurat livell ta’ allinjament ġenerali mal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju jew li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, skont ir-regoli ta’ divulgazzjoni għall-prodotti finanzjarji fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (
13
)