+Artikolu 28 Tibdil fi u waqfien ta' parametru referenzjarju
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
|
Artikolu 28 Tibdil fi u waqfien ta' parametru referenzjarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
L-amministratur għandu jippubblika, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju msemmi fl-Artikolu 27, proċedura dwar x'azzjonijiet għandu jieħu l-amministratur f'każ ta' bidliet jew waqfien ta' parametru referenzjarju li jista' jintuża fl-Unjoni skont l-Artikolu 29(1). Il-proċedura tista' tiġi abbozzata, fejn applikabbli, għal familji ta' parametri referenzjarji u għandha tiġi aġġornata u ppubblikata kull meta sseħħ bidla materjali.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-entitajiet taħt superviżjoni li mhumiex amministraturi kif imsemmi fil-paragrafu 1, li jużaw parametru referenzjarju, għandhom jipproduċu u jżommu pjanijiet robusti bil-miktub li jistipulaw l-azzjonijiet li jieħdu f’każ li parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi pprovdut. Meta jkun fattibbli u xieraq, tali pjanijiet għandhom jiddeżinjaw parametru referenzjarju alternattiv wieħed jew aktar li tista’ ssir referenza għalihom biex jiġu sostitwiti l-parametri referenzjarji li ma jkunux ser jibqgħu jiġu pprovduti, filwaqt li jiġu indikati r-raġunijiet għall-adegwatezza ta’ tali parametri referenzjarji alternattivi. L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jipprovdu, fuq talba u mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità kompetenti rilevanti dawk il-pjanijiet u kwalunkwe aġġornament u għandhom jirriflettuhom fid-dispożizzjonijiet ta’ riżerva applikabbli għal kuntratti finanzjarji, strumenti finanzjarji u fondi ta’ investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|