+Artikolu 41 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
|
Artikolu 41 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Sabiex jaqdu dmirijiethom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(2) għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin:
▼B
(a)
ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument u data oħra fi kwalunkwe forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;
(b)
jitolbu jew jeżiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna involuta fil-forniment ta', u l-kontribuzzjoni għal, parametru referenzjarju inkluż kwalunkwe fornitur ta' servizz li jkunu ġew esternalizzati lilu funzjonijiet, servizzi jew attivitajiet fil-forniment ta' parametru referenzjarju kif previst fl-Artikolu 10, kif ukoll is-superjuri tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil kwalunkwe persuna bħal din bl-għan li jiksbu informazzjoni;
(c)
jitolbu, fir-rigward ta' parametri referenzjarji tal-komoditajiet, informazzjoni mingħand kontributuri dwar is-swieq spot skont, fejn applikabbli, formati standardizzati u rapporti dwar it-tranżazzjonijiet, u aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;
(d)
iwettqu spezzjonijiet fil-post jew investigazzjonijiet, f'siti ħlief fir-residenzi privati ta' persuni fiżiċi;
(e)
jidħlu f'siti tal-persuni ġuridiċi, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, sabiex jikkonfiskaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li dokumenti u data oħra marbuta mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi evidenzjat ksur ta' dan ir-Regolament. Meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru konċernat, skont il-liġi nazzjonali, tali setgħa għandha tintuża biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel;
(f)
jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti ta' konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi jew reġistri tat-traffiku tad-data ieħor miżmuma minn entitajiet taħt superviżjoni;
(g)
jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta' assi jew iż-żewġ affarijiet;
(h)
jeħtieġu waqfien temporanju ta' kwalunkwe prassi li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra dan ir-Regolament;
(i)
jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju ta' attività professjonali;
(j)
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pubbliku jkun infurmat korrettament dwar il-forniment ta' parametru referenzjarju, fosthom billi jeżiġu li l-amministratur rilevanti jew il-persuna li tkun ippubblikat jew qassmet il-parametru referenzjarju, jew it-tnejn li huma, jippubblikaw dikjarazzjoni korrettiva dwar kontribuzzjonijiet jew ċifri passati tal-parametru referenzjarju;
▼M6
(k)
jiddeżinjaw parametru referenzjarju bħala sinifikanti skont l-Artikolu 24(3);
(l)
fil-każ ta’ raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta ksur ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 3 A tat-Titolu III, jirrikjedu li amministratur jieqaf, għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar biex:
(i)
jipprovdi Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;
(ii)
juża t-termini Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi fl-ismijiet tal-parametri referenzjarji li jagħmel disponibbli għall-użu fl-Unjoni, jew fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-parametri referenzjarji;
(iii)
jissuġġerixxi konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-forniment ta’ tali parametri referenzjarji f’isem il-parametri referenzjarji li jagħmel disponibbli għall-użu fl-Unjoni, jew fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-parametri referenzjarji.
|
|
Artikolu 41 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(2) għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u s-setgħat li jimponu sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42 f’konformità mal-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
▼B
(b)
f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħra jew intrapriżi tas-suq;
(c)
fir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil dawn l-awtoritajiet jew l-intrapriżi tas-suq;
(d)
permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Għall-eżerċitar ta' dawk is-setgħat, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi fir-rigward tad-dritt għal difiża u d-drittijiet fundamentali.
|
|
Artikolu 41 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.
|
|
Artikolu 41 4.
|
Amministratur jew kwalunkwe entità oħra taħt superviżjoni li jqiegħdu informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiesu li qed jiksru xi restrizzjoni dwar żvelar ta' informazzjoni imposta bi kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali, leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|