|
+Artikolu 42 2. |
Artikolu 42 2.Fil-każ ta' ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li jimponu mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin:
(a)
ordni li teħtieġ lill-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli mill-ksur sabiex twaqqaf l-imġiba u sabiex ma tirripetix dik il-kondotta;
(b)
ir-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(c)
twissija pubblika li tindika l-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli u n-natura tal-ksur;
(d)
irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' amministratur;
(e)
projbizzjoni temporanja li tipprojbixxi kwalunkwe persuna fiżika, li tinżamm responsabbli għal tali ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta' mmaniġġar ma' amministraturi jew kontributuri taħt superviżjoni;
(f)
l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji massimi ta' mill-anqas tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(g)
fir-rigward ta' persuna fiżika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji massimi ta' mill-anqas:
(i)
għall-ksur tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, il-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikoli 12, 13,14, 15, 16, 21, 23, 24, ►M6 24a, ◄ 25, 26, 27, 28, 29 u 34, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016; jew
(ii)
għall-ksur tal-punt (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(4), EUR 100 000 jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016;
(h)
fir-rigward ta' persuna ġuridika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji massimi ta' mill-anqas:
(i)
għall-ksur tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, il-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikoli 12, 13,14, 15, 16, 21, 23, 24, ►M6 24a, ◄ 25, 26, 27, 28, 29 u 34, jew EUR 1 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016, jew 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, skont liema ammont ikun ogħla. jew
(ii)
għall-ksur tal-punt (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(4), jew EUR 250 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016, jew 2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, skont liema ammont ikun l-ogħla. Għall-finijiet tal-punt (h)(i) jew (ii), meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta' impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta' dħul skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 18 ) għall-banek u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 19 ) għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|