+Artikolu 42 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
|
Artikolu 42 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 41, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi xierqa u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward ta’ mill-inqas il-ksur li ġej:
(a)
kwalunkwe ksur tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 19a, 19b, 19c, 21, 23, 24,
►M6
24a, ◄ 25, 26, 27, 28, 29 jew 34 fejn japplikaw; u
(b)
kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 41.
Dawk is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 42 2.
|
Fil-każ ta' ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li jimponu mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin:
(a)
ordni li teħtieġ lill-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli mill-ksur sabiex twaqqaf l-imġiba u sabiex ma tirripetix dik il-kondotta;
(b)
ir-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(c)
twissija pubblika li tindika l-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli u n-natura tal-ksur;
(d)
irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' amministratur;
(e)
projbizzjoni temporanja li tipprojbixxi kwalunkwe persuna fiżika, li tinżamm responsabbli għal tali ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta' mmaniġġar ma' amministraturi jew kontributuri taħt superviżjoni;
▼C1
(f)
l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji massimi ta' mill-anqas tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
▼B
(g)
fir-rigward ta' persuna fiżika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji massimi ta' mill-anqas:
(i)
għall-ksur tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, il-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikoli 12, 13,14, 15, 16, 21, 23, 24,
►M6
24a, ◄ 25, 26, 27, 28, 29 u 34, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016; jew
(ii)
għall-ksur tal-punt (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(4), EUR 100 000 jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016;
(h)
fir-rigward ta' persuna ġuridika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji massimi ta' mill-anqas:
(i)
għall-ksur tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, il-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikoli 12, 13,14, 15, 16, 21, 23, 24,
►M6
24a, ◄ 25, 26, 27, 28, 29 u 34, jew EUR 1 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016, jew 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, skont liema ammont ikun ogħla. jew
(ii)
għall-ksur tal-punt (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(4), jew EUR 250 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2016, jew 2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, skont liema ammont ikun l-ogħla.
Għall-finijiet tal-punt (h)(i) jew (ii), meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta' impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
), il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta' dħul skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (
18
) għall-banek u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE (
19
) għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha.
|
|
Artikolu 42 3.
|
Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli fir-rigward tal-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u lill-ESMA. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif previst fil-paragrafu 1 fejn il-ksur imsemmi f'dak il-paragrafu huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont id-dritt nazzjonali tagħhom. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA d-dispożizzjonijiet tad-dritt kriminali rilevanti flimkien man-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.
|
|
Artikolu 42 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti skont id-dritt nazzjonali s-setgħat li jimponu sanzjonijiet minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u jistgħu jipprevedu livelli ogħla ta' sanzjonijiet minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|