+Artikolu 45 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
|
Artikolu 45 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Soġġett għall-paragrafu 2, awtorità kompetenti għandha tippubblika kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fir-rigward ta' ksur ta' dan ir-Regolament fis-sit elettroniku uffiċjali tagħha immedjatament wara li l-persuna soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet infurmata b'dik id-deċiżjoni. Tali pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni soġġetti għal din id-deċiżjoni. L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta' natura investigattiva.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Meta awtorità kompetenti tikkunsidra li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuna ġuridika jew tad-data personali ta' persuna fiżika tkun sproporzjonata wara valutazzjoni individwali tal-każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' din id-data, jew meta tali pubblikazzjoni thedded l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni fis-seħħ, għandha tagħmel kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sa tali żmien meta r-raġunijiet għad-differiment jieqfu jeżistu;
(b)
tippubblika d-deċiżjoni fuq bażi anonima f'konformità mad-dritt nazzjonali fejn tali pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali konċernata;
(c)
ma tippubblikax id-deċiżjoni għal kollox fil-każ li l-awtorità kompetenti hija ta l-opinjoni li l-pubblikazzjoni skont il-punt (a) jew (b) se tkun insuffiċjenti biex tiżgura:
(i)
li ma tiġix mhedda l-istabbilità tas-swieq finanzjarji; jew
(ii)
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet fir-rigward ta' miżuri li jitqiesu ta' natura minuri.
Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippubblika deċiżjoni fuq bażi anonima kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, tista' tipposponi l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għal perijodu ta' żmien raġonevoli, jekk jista' jkun previst li r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima għandhom jieqfu jeżistu f'dak il-perjodu.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Meta d-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtorità nazzjonali ġudizzjarja, amministrattiva jew awtorità oħra, l-awtorità kompetenti xorta għandha tippubblika, immedjatament, fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħha din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li tiġi imposta sanzjoni jew miżura għandha tiġi ppubblikata wkoll.
|
|
Artikolu 45 4.
|
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni li hija ppubblikata, f'konformità ma' dan l-Artikolu, tibqa' aċċessibbli fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħha għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data biss.
|
|
Artikolu 45 5.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-ESMA b’informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħrajn imposti skont l-Artikolu 42 fuq bażi annwali. Dak l-obbligu ma għandux japplika għall-miżuri ta’ natura investigattiva. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali, flimkien ma’ informazzjoni aggregata dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħrajn li hija tkun imponiet skont l-Artikolu 48f. Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, b'konformità mal-Artikolu 42, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b'data anonimizzata u aggregata li tirrigwarda l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jkunu twettqu u s-sanzjonijiet kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar is-sanzjonijiet kriminali imposti f'rapport annwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|