|
+Artikolu 48b 1. |
Artikolu 48b 1.L-ESMA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hija tkun tista’ taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament:
(a)
persuni involuti fil-forniment ta’ parametri referenzjarji, kif imsemmija fl-Artikolu 40(1);
(b)
il-partijiet terzi li lilhom il-persuni msemmija fil-punt (a) jkunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet f’konformità mal-Artikolu 10;
(c)
persuni li huma b’mod ieħor relatati jew konnessi mill-qrib u b’mod sostanzjali mal-persuni msemmija fil-punt (a). F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u fuq talba tal-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw dik it-talba għall-informazzjoni lil kontributuri għal parametri referenzjarji ta’ importanza kritika msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament u għandhom jikkondividu l-informazzjoni riċevuta mingħajr dewmien bla bżonn mal-ESMA. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|