+Artikolu 48c Investigazzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 48c 1.
---+Artikolu 48c 2.
---+Artikolu 48c 3.
---+Artikolu 48c 4.
---+Artikolu 48c 5.
---+Artikolu 48c 6.
|
Artikolu 48c Investigazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48c 1.
|
Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:
(a)
jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna;
(b)
jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’ tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor, jew siltiet minnhom;
(c)
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni jew lir-rappreżentanti, jew membri tal-persunal, tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, u jżommu rekord tat-tweġibiet;
(d)
jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
(e)
jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data.
|
|
Artikolu 48c 2.
|
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 48g fejn il-produzzjoni tar-rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor li jkunu meħtieġa, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1) ma jkunux saru jew ma jkunux kompleti, u tindika l-multi previsti fl-Artikolu 48f, fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil dawk il-persuni jkunu skorretti jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 48c 3.
|
Il-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1) għandhom jissottomettu għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 48g, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 48c 4.
|
Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu l-investigazzjonijiet jekk jintalbu jagħmlu dan.
|
|
Artikolu 48c 5.
|
Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tali awtorizzazzjoni tista’ wkoll issir applikazzjoni għaliha bħala miżura ta’ prekawzjoni.
|
|
Artikolu 48c 6.
|
Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-telefon jew tat-traffiku tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
(a)
li d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 tkun awtentika;
(b)
li kwalunkwe miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar- l-ħtieġa l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|