|
+Artikolu 57 Emendi għad-Direttiva 2008/48/KE |
Artikolu 57 Emendi għad-Direttiva 2008/48/KEArtikolu 57 Emendi għad-Direttiva 2008/48/KE Id-Direttiva 2008/48/KE hi emendata kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 5(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu: “Fejn il-ftehim ta'kreditu jirreferenzja parametru referenzjarju kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), l-isem tal-parametru referenzjarju u l-amministratur tiegħu u l-implikazzjonijiet potenzjali fuq il-konsumatur għandhom jiġu pprovduti mill-kreditur jew, fejn applikabbli, mill-intermedjarju tal-kreditu, lill-konsumatur f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur.
(2)
Fl-Artikolu 27(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu: “Sal-1 ta' Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2018.”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|