+Artikolu 5 L-introduzzjoni gradwali tad-datadwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 fil-metodoloġija tal-paramentri referenzjarji
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
|
Artikolu 5 L-introduzzjoni gradwali tad-datadwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 fil-metodoloġija tal-paramentri referenzjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-metodoloġija tal-parametri referenzjarji għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew il-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jinkludu d-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 b’dan il-mod:
(a)
Mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għal mill-inqas is-setturi tal-enerġija u tat-tħaffir fil-minjieri msemmijin fid-Diviżjonijiet minn 05 sa 09, 19 u 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006;
(b)
fi żmien sentejn mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għal mill-anqas is-setturi tat-trasport, tal-kostruzzjoni, tal-bini, tal-materjali u s-setturi industrijali msemmijin fid-Diviżjonijiet minn 10 sa 18, minn 21 sa 33, 41, 42 u 43, minn 49 sa 53 u d-Diviżjoni 81 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006;
(c)
fi żmien erba’ snin mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għas-setturi l-oħrajn kollha msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), mit-23 ta’ Diċembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jistgħu jużaw riżervi tal-fjuwils fossili, meta juru li ma jistgħux jikkalkulaw u lanqas jagħtu stima tad-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1818
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|