|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Il-metodoloġija tal-parametri referenzjarji għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew il-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jinkludu d-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 b’dan il-mod:
(a)
Mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għal mill-inqas is-setturi tal-enerġija u tat-tħaffir fil-minjieri msemmijin fid-Diviżjonijiet minn 05 sa 09, 19 u 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006;
(b)
fi żmien sentejn mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għal mill-anqas is-setturi tat-trasport, tal-kostruzzjoni, tal-bini, tal-materjali u s-setturi industrijali msemmijin fid-Diviżjonijiet minn 10 sa 18, minn 21 sa 33, 41, 42 u 43, minn 49 sa 53 u d-Diviżjoni 81 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006;
(c)
fi żmien erba’ snin mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għas-setturi l-oħrajn kollha msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|