+Artikolu 7 L-istabbiliment tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.

Artikolu 7 L-istabbiliment tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

It-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandu jkollha l-miri li ġejjin:

(a) 

għat-titoli ta’ ekwità elenkati f’suq pubbliku fl-Unjoni jew f’ġuriżdizzjoni oħra, tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % tal-intensità tal-GHG bħala medja fis-sena;

(b) 

għat-titoli ta’ dejn minbarra dawk maħruġa minn emittent sovran, fejn l-emittent ta’ dawn it-titoli tad-dejn ikollu titoli ta’ ekwità li huma elenkati f’suq pubbliku fl-Unjoni jew f’ġuriżdizzjoni oħra, tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % fl-intensità tal-GHG bħala medja fis-sena jew tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti bħala medja fis-sena;

(c) 

għat-titoli ta’ dejn minbarra dawk maħruġa minn emittent sovran, fejn l-emittent ta’ dawn it-titoli ta’ dejn ma jkollux titoli ta’ ekwità li huma elenkati f’suq pubbliku fl-Unjoni jew f’ġuriżdizzjoni oħra, tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti bħala medja fis-sena.

Artikolu 7 2.
Il-miri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati b’mod ġeometriku u dan ifisser li t-tnaqqis minimu annwali ta’ 7 % tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti għas-sena “n” għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti għas-sena n-1, fi progressjoni ġeometrika mis-sena bażi.
Artikolu 7 3.
Meta l-EVIC medju tat-titoli kostitwenti tal-parametru referenzjarju jkun żdied jew naqas matul l-aħħar sena kalendarja, l-EVIC ta’ kull kostitwent għandu jiġi aġġustat billi jiġi diviż b’fattur ta’ aġġustament għall-inflazzjoni tal-valur tal-intrapriża. Dan il-fattur ta’ aġġustament għall-inflazzjoni tal-valur tal-intrapriża għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż l-EVIC medju tal-kostitwenti tal-parametru referenzjarju fi tmiem is-sena kalendarja bl-EVIC medju tal-kostitwenti tal-parametru referenzjarju fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 7 4.
L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, għal kull sena li fiha l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux, għandhom jagħtu kumpens għal dawk il-miri li ma ntlaħqux billi jaġġustaw ’l fuq il-miri tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni tagħhom għas-sena ta’ wara.
Artikolu 7 5.

L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi ma għandhomx jibqgħu jimmarkaw il-parametri referenzjarji tagħhom bħala tali meta:

(a) 

il-miri stipulati fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux f’sena partikolari u l-miri li ma jintlaħqux ma jiġux ikkumpensati fis-sena ta’ wara; jew

(b) 

il-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux fi tliet okkażjonijiet waqt kwalunkwe perjodu konsekuttiv ta’ 10 snin.

L-amministraturi tal-parametri referenzjarji jistgħu jerġgħu jimmarkaw parametru referenzjarju bħala Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi meta dan il-parametru referenzjarju jissodisfa l-mira tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għal sentejn konsekuttivi wara li jitlef it-tikketta, dment li dan il-parametru referenzjarju ma jkunx tilef din it-tikketta darbtejn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1818
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.