|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu l-kumpaniji kollha li ġejjin minn dawn il-parametri referenzjarji:
(a)
il-kumpaniji involuti f’kull attività relatata ma’ armi pprojbiti;
(b)
il-kumpaniji involuti fil-kultivazzjoni u l-produzzjoni tat-tabakk;
(c)
il-kumpaniji li l-amministraturi tal-parametru referenzjarju jaraw li jiksru l-prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGC) jew tal-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali;
(d)
il-kumpaniji li jiksbu 1 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-attivitajiet tal-minjieri, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-faħam u tal-linjite;
(e)
il-kumpaniji li jiksbu 10 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-karburanti taż-żejt kombustibbli;
(f)
il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, il-manifattura jew id-distribuzzjoni ta’ fjuwils gassużi;
(g)
il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-ġenerazzjoni tal-elettriku b’intensità tal-GHG ta’ aktar minn 100 g CO2 e/kWh. Għall-finijiet tal-punt (a), “armi pprojbiti” għandha tfisser mini kontra l-persunal, munizzjonijiet dispersivi, armi bijoloġiċi u kimiċi li l-użu, il-pussess, l-iżvilupp, it-trasferiment, il-manifattura u l-ħżin tagħhom huma pprojbiti b’mod espliċitu mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-armi li l-maġġoranza tal-Istati Membri huma partijiet għalihom, kif elenkati fl-Anness. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|