+Artikolu 12 L-esklużjoni mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-ftehim ta’ Pariġi
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
|
Artikolu 12 L-esklużjoni mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-ftehim ta’ Pariġi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu l-kumpaniji kollha li ġejjin minn dawn il-parametri referenzjarji:
▼M1
(a)
il-kumpaniji involuti f’kull attività relatata ma’ armi pprojbiti;
▼B
(b)
il-kumpaniji involuti fil-kultivazzjoni u l-produzzjoni tat-tabakk;
(c)
il-kumpaniji li l-amministraturi tal-parametru referenzjarju jaraw li jiksru l-prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGC) jew tal-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali;
(d)
il-kumpaniji li jiksbu 1 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-attivitajiet tal-minjieri, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-faħam u tal-linjite;
(e)
il-kumpaniji li jiksbu 10 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-karburanti taż-żejt kombustibbli;
(f)
il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, il-manifattura jew id-distribuzzjoni ta’ fjuwils gassużi;
(g)
il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-ġenerazzjoni tal-elettriku b’intensità tal-GHG ta’ aktar minn 100 g CO2 e/kWh.
Għall-finijiet tal-punt (a), “armi pprojbiti” għandha tfisser mini kontra l-persunal, munizzjonijiet dispersivi, armi bijoloġiċi u kimiċi li l-użu, il-pussess, l-iżvilupp, it-trasferiment, il-manifattura u l-ħżin tagħhom huma pprojbiti b’mod espliċitu mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-armi li l-maġġoranza tal-Istati Membri huma partijiet għalihom, kif elenkati fl-Anness.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu minn dawn il-parametri referenzjarji kwalunkwe kumpanija li tinstab jew li hija kkunsidrata minnhom jew mill-fornituri tad- data esterni bħala ta’ ħsara sinifikanti għal wieħed jew għal uħud mill-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), f’konformità mar-regoli dwar l-istimi stabbiliti fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jiddivulgaw fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tagħhom kwalunkwe kriterju ta’ esklużjoni addizzjonali li jużaw u li huwa bbażat fuq fatturi relatati mal-klima jew fuq fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1818
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|