L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu minn dawn il-parametri referenzjarji kwalunkwe kumpanija li tinstab jew li hija kkunsidrata minnhom jew mill-fornituri tad-
data esterni bħala ta’ ħsara sinifikanti għal wieħed jew għal uħud mill-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), f’konformità mar-regoli dwar l-istimi stabbiliti fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.