|
+Artikolu 13 2. |
Artikolu 13 2.Għall-finijiet tal-Artikolu 12(2), l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li mhumiex ibbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw il-metodoloġija li fuqha huma bbażati dawn l-stimi, inkluż:
(i)
l-approċċ u l-metodoloġija ta’ riċerka użati u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni sottostanti għal dawn l-istimi;
(ii)
il-ġabriet ta’ data esterni użati fl-istima;
(b)
l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li huma bbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:
(i)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tad-data;
(ii)
il-metodoloġija użata u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni, fejn disponibbli;
(iii)
hyperlink għas-sit web tal-fornitur tad-data, u għall-metodoloġija rilevanti użata, fejn disponibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|