+Artikolu 13 Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għall-istimi
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.

Artikolu 13 Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għall-istimi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/1011, l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li mhumiex ibbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw il-metodoloġija li fuqha huma bbażati dawn l-stimi, inkluż:

(i) 

l-approċċ li użaw biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-GHG, u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni sottostanti għal dawn l-istimi;

(ii) 

il-metodoloġija ta’ riċerka biex jiġu stmati l-emissjonijiet tal-GHG neqsin, mhux irrapportati, jew li ma jiġux irrapportati kollha;

(iii) 

il-ġabriet tad-data esterni użati fl-istima tal-emissjonijiet tal-GHG neqsin, mhux irrapportati, jew li ma jiġux irrapportati kollha;

(b) 

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li huma bbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i) 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tad-data;

(ii) 

il-metodoloġija użata u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni, fejn disponibbli;

(iii) 

hyperlink għas-sit web tal-fornitur tad-data, u għall-metodoloġija rilevanti użata, fejn disponibbli.

Artikolu 13 2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 12(2), l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li mhumiex ibbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw il-metodoloġija li fuqha huma bbażati dawn l-stimi, inkluż:

(i) 

l-approċċ u l-metodoloġija ta’ riċerka użati u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni sottostanti għal dawn l-istimi;

(ii) 

il-ġabriet ta’ data esterni użati fl-istima;

(b) 

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li huma bbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i) 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tad-data;

(ii) 

il-metodoloġija użata u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni, fejn disponibbli;

(iii) 

hyperlink għas-sit web tal-fornitur tad-data, u għall-metodoloġija rilevanti użata, fejn disponibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1818
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.