+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jew “DLT” tfisser teknoloġija li tippermetti t-tħaddim u l-użu ta’ reġistri distribwiti;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“reġistru distribwit” tfisser repożitorju ta’ informazzjoni li jirreġistra t-tranżazzjonijiet u li jkun kondiviż fost u sinkronizzat ma’ sett ta’ nodi ta’ network DLT u sinkronizzata bejn in-nodi tan-network tad-DLT, bl-użu ta’ mekkaniżmu ta’ kunsens;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“mekkaniżmu ta’ kunsens” tfisser ir-regoli u proċeduri li permezz tagħhom jintlaħaq ftehim, bejn in-nodi tan-network tad-DLT, li tranżazzjoni tkun ġiet ivvalidata;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“nodu tan-network tad-DLT” tfisser apparat jew proċess li huma parti minn network u li għandhom replika sħiħa jew parzjali tar-reġistri tat-tranżazzjonijiet kollha fuq reġistru distribwit;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“infrastruttura tas-suq tad-DLT” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar tad-DLT, sistema ta’ saldu tad-DLT jew sistema ta’ negozjar u saldu tal-DLT;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“faċilità multilaterali tan-negozjar tad-DLT” jew “MTF tad-DLT” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar li tammetti għan-negozjar ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT biss;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“sistema ta’ saldu tad-DLT” jew “SS tad-DLT” tfisser sistema ta’ saldu li ssalda tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji tad-DLT bi ħlas jew b’kunsenja, irrispettivament minn jekk dik is-sistema ta’ saldu tkunx ġiet innominata u nnotifikata f’konformità mad-Direttiva 98/26/KE, u li tippermetti r-reġistrazzjoni inizjali ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT jew tippermetti l-forniment ta’ servizzi ta’ kustodja fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“saldu” tfisser saldu kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“falliment tas-saldu” tfisser falliment tas-saldu kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (15) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“sistema ta’ negozjar u saldu tad-DLT” jew “TSS tad-DLT” tfisser MTF tad-DLT jew SS tad-DLT li jikkombinaw is-servizzi mwettqa minn MTF tad-DLT kif ukoll minn SS tad-DLT;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“strument finanzjarju tad-DLT” tfisser strument finanzjarju li jinħareġ, jiġi rreġistrat, trasferit u maħżun bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif iddefinit fl-Artikolu 4(1), il-punt (15) tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“faċilità multilaterali tan-negozjar” tfisser “faċilità multilaterali tan-negozjar” kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (22) tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“depożitorju ċentrali tat-titoli” jew “CSD” tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“sistema ta’ saldu tat-titoli” tfisser sistema ta’ saldu tat-titoli kif iddefinita fl-Artikolu 2(1), il-punt (10) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“jum ta’ negozju” tfisser jum ta’ negozju kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (14) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
" kunsenja kontra ħlas” tfisser kunsenja kontra ħlas kif iddefinita fl-Artikolu 2(1), il-punt (27), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“istituzzjonijiet ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“operatur tas-suq” tfisser operatur tas-suq kif iddefinit fl-Artikolu 4(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti waħda jew aktar:
|
(a)
|
innominata f’konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
(b)
|
innominata f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014; jew
|
|
(c)
|
li nkella tinħatar minn Stat Membru għas-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|