1. MTF tad-DLT għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti li japplikaw għal faċilità multilaterali tan-negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE.
L-ewwel subparagrafu ma japplikax fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti li minnhom id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddmu MTF tad-DLT ikun ġie eżentat skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, dment li dik id-ditta tal-investiment jew operatur tas-suq jirrispettaw:
|
(b)
|
il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu; u
|
|
(c)
|
kwalunkwe miżura ta’ kumpens li l-awtorità kompetenti tqis xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet li minnhom tkun intalbet eżenzjoni jew biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja.
|