+Artikolu 4 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-MTFs tad-DLT
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
|
Artikolu 4 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-MTFs tad-DLT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. MTF tad-DLT għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti li japplikaw għal faċilità multilaterali tan-negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE.
L-ewwel subparagrafu ma japplikax fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti li minnhom id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddmu MTF tad-DLT ikun ġie eżentat skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, dment li dik id-ditta tal-investiment jew operatur tas-suq jirrispettaw:
|
(b)
|
il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu; u
|
|
(c)
|
kwalunkwe miżura ta’ kumpens li l-awtorità kompetenti tqis xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet li minnhom tkun intalbet eżenzjoni jew biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Minbarra l-persuni speċifikati fl-Artikolu 53(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, jekk mitlub minn operatur ta’ MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lil dak l-operatur jammetti lil persuni fiżiċi u ġuridiċi biex jinnegozjaw f’isimhom stess bħala membri jew parteċipanti, dment li tali persuni jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
ikollhom reputazzjoni tajba suffiċjenti;
|
|
(b)
|
ikollhom livell suffiċjenti ta’ kapaċità, kompetenza u esperjenza fin-negozjar, inkluż għarfien dwar il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit;
|
|
(c)
|
ma jkunux ġeneraturi tas-suq fil-MTF tad-DLT;
|
|
(d)
|
ma jużawx teknika ta’ negozjar algoritmiku bi frekwenza għolja fil-MTF tad-DLT;
|
|
(e)
|
ma jipprovdux lil persuni oħra l-aċċess elettroniku dirett għall-MTF tad-DLT;
|
|
(f)
|
ma jinnegozjawx f’isimhom stess meta jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti fuq l-infrastruttura tas-suq tad-DLT; u
|
|
(g)
|
ikunu taw kunsens infurmat għan-negozjar dwar l-MTF tad-DLT bħala membri jew parteċipanti u jkunu ġew infurmati mill-MTF tad-DLT dwar ir-riskji potenzjali tal-użu tas-sistemi tagħha għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT.
|
Meta l-awtorità kompetenti tagħti l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, hija tista’ tirrikjedi miżuri addizzjonali għall-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi ammessi għall-MTF tad-DLT bħala membri jew parteċipanti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati mal-profil tar-riskju ta’ dawk il-membru jew tal-parteċipanti.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Fuq talba ta’ operatur ta’ MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil dak l-operatur jew lill-membri jew lill-parteċipanti tiegħu mill-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Meta l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-MTF tad-DLT għandha żżomm reġistru tat-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti permezz tas-sistemi tagħha. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom id-dettalji kollha speċifikati fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jkunu rilevanti, b’kont meħud tas-sistema użata mill-MTF tad-DLT u mill-membru jew mill-parteċipant li jeżegwixxi t-tranżazzjoni. L-MTF tad-DLT għandha tiżgura wkoll li l-awtoritajiet kompetenti intitolati li jirċievu d-data direttament mill-faċilità multilaterali tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament ikollhom aċċess dirett u immedjat għal dawk id-dettalji. Bil-għan li jkollha aċċess għal dawk ir-reġistrazzjonijiet tali awtorità kompetenti għandha tkun ammessa għall-MTF tad-DLT bħala parteċipant regolatorju osservatur.
L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ESMA kwalunkwe informazzjoni li hi aċċessat f’konformità ma’ dan l-Artikolu mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Meta operatur ta’ MTF tad-DLT jitlob eżenzjoni skont il-paragrafu 2 jew 3, dan għandu juri li l-eżenzjoni mitluba hija:
|
(a)
|
proporzjonata mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u ġġustifikata bih; u
|
|
(b)
|
limitata għall-MTF tad-DLT u ma testendi għall-ebda MTF oħra mħaddma minn dak l-operatur.
|
|
|
Artikolu 4 5
|
5. Il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu japplikaw, mutatis mutandis, għal CSD li jħaddem TSS tad-DLT f’konformità mal-Artikolu 6(2).
|
|
Artikolu 4 6
|
6. L-ESMA għandha tħejji linji gwida dwar il-miżuri ta’ kumpens msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (c).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|