+Artikolu 6 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tat-TSS tad-DLT
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2

Artikolu 6 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tat-TSS tad-DLT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddmu TSS tad-DLT għandhom ikunu suġġetti:

(a)

għar-rekwiżiti li japplikaw għal faċilità multilaterali tan-negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u tad-Direttiva 2014/65/UE; u

(b)

mutatis mutandis, għar-rekwiżiti li japplikaw għal CSD skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 9, 16, 17, 18, 20, 26, 27, 28, 31, 42, 43, 44, 46 u 47 ta’ dak ir-Regolament.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti li minnhom id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddmu TSS tad-DLT ġew eżentati skont l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 5(2) sa (9), dment li d-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq jirrispettaw:

(a)

l-Artikolu 7;

(b)

l-Artikolu 4(2), (3) u (4) u l-Artikolu 5(2) sa (10); u

(c)

kwalunkwe miżura ta’ kumpens li l-awtorità kompetenti tqis xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tkun intalbet eżenzjoni, jew sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja.

Artikolu 6 2

2.   CSD li jħaddem TSS tad-DLT għandu jkun suġġett:

(a)

għar-rekwiżiti li japplikaw għal CSD skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014; u

(b)

mutatis mutandis, għar-rekwiżiti li japplikaw għal faċilità multilaterali tan-negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 sa 13 ta’ dik id-Direttiva.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma japplikax fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti li minnhom CSD li jħaddem TSS tad-DLT ġie eżentat skont l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 5(2) sa (9), dment li dak is-CSD jirrispetta:

(a)

l-Artikolu 7;

(b)

l-Artikolu 4(2), (3) u (4) u l-Artikolu 5(2) sa (10); u

(c)

kwalunkwe miżura ta’ kumpens addizzjonali li l-awtorità kompetenti tqis xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tkun intalbet eżenzjoni, jew bil-għan li jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.