9. Fi żmien 90 jum ta’ xogħol mid-data li tasal applikazzjoni kompluta għal permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni u tiddeċiedi jekk tagħtix il-permess speċifiku. Meta applikant japplika simultanjament għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE u għal permess speċifiku skont dan ir-Regolament, il-perijodu ta’ valutazzjoni jista’ jiġi estiż għal perijodu ulterjuri sa dak speċifikat fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2014/65/UE.