+Artikolu 8 Permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7
---+Artikolu 8 8
---+Artikolu 8 9
---+Artikolu 8 10
---+Artikolu 8 11
---+Artikolu 8 12
---+Artikolu 8 13

Artikolu 8 Permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Persuna ġuridika li tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment jew awtorizzata biex tħaddem suq regolat skont id-Direttiva 2014/65/UE, tista’ tapplika għal permess speċifiku biex tħaddem MTF tad-DLT skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8 2

2.   Meta persuna ġuridika tapplika għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment jew għal awtorizzazzjoni biex tħaddem suq regolat skont id-Direttiva 2014/65/UE u, simultanjament, tapplika għal permess speċifiku skont dan l-Artikolu, bl-iskop uniku li tħaddem MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tivvaluta jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE li fir-rigward tagħhom l-applikant ikun talab eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8 3

3.   Meta, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, persuna ġuridika tapplika simultanjament għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment, jew għal awtorizzazzjoni biex tħaddem suq operat, u għal permess speċifiku, għandha tippreżenta, fl-applikazzjoni tagħha, l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE, għajr għall-informazzjoni li tkun neċessarja biex turi l-konformità mar-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom l-applikant ikun talab eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8 4

4.   Applikazzjoni għal permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT skont dan ir-Regolament għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-pjan tan-negozju tal-applikant, ir-regoli tal-MTF tad-DLT u kwalunkwe termini legali assoċjati kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), kif ukoll l-informazzjoni dwar il-funzjonament, is-servizzi u l-attivitajiet tal-MTF tad-DLT kif imsemmi fl-Artikolu 7(3);

(b)

deskrizzjoni tal-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2);

(c)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 7(4);

(d)

il-provi li juru li l-applikant għandu stabbiliti biżżejjed salvagwardji prudenzjali biex jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu u jikkumpensa lill-klijenti tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(6), it-tielet subparagrafu;

(e)

fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ kustodja għall-istrumenti finanzjarji tad-DLT tal-klijenti kif imsemmi fl-Artikolu 7(5);

(f)

deskrizzjoni tal-arranġamenti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investituri u deskrizzjoni tal-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti tal-klijenti u r-rimedju fir-rigward tal-klijenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu;

(g)

l-istrateġija ta’ tranżizzjoni tal-applikant; u

(h)

l-eżenzjonijiet li l-applikant qiegħed jitlob skont l-Artikolu 4, il-ġustifikazzjoni għal kull eżenzjoni mitluba u kwalunkwe miżura ta’ kumpens proposta u l-mezzi li bihom biħsiebu jikkonforma mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn l-eżenzjonijiet.

Artikolu 8 5

5.   Sat-23 ta’ Marzu 2023, l-ESMA għandha telabora linji gwida biex tistabbilixxi forom, formati u templates standard għall-iskopijiet tal-paragrafu 4.

Artikolu 8 6

6.   Fi żmien 30 jum ta’ xogħol mid-data li tasal l-applikazzjoni għal permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni nieqsa jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali. Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-applikazzjoni hija kompluta, għandha tinforma b’dan lill-applikant.

Malli l-awtorità kompetenti tqis li l-applikazzjoni hija kompluta, għandha tibgħat kopja ta’ tali applikazzjoni lill-ESMA.

Artikolu 8 7

7.   Meta jkun neċessarju għall-promozzjoni tal-konsistenza u tal-proporzjonalità tal-eżenzjonijiet, jew meta neċessarju biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja, l-ESMA għandha tagħti lill-awtorità kompetenti opinjoni mhux vinkolanti rigward l-eżenzjonijiet mitluba jew l-adegwatezza tat-tip ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, fi żmien 30 jum ta’ kalendarju minn meta tirċievi l-kopja ta’ tali applikazzjoni.

Qabel ma toħroġ opinjoni mhux vinkolanti, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u għandha tieħu l-ogħla kont tal-fehmiet tagħhom meta toħroġ l-opinjoni tagħha.

Meta l-ESMA toħroġ opinjoni mhux vinkolanti, l-awtorità kompetenti għandha tqis b’mod dovut tali opinjoni u, fuq talba tal-ESMA, għandha tagħti lil din tal-aħħar dikjarazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn tali opinjoni. L-opinjoni tal-ESMA u d-dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti ma għandhomx isiru pubbliċi.

Artikolu 8 8

8.   Sal-24 ta’ Marzu 2025, l-ESMA għandha telabora linji gwida għall-promozzjoni tal-konsistenza u tal-proporzjonalità ta’:

(a)

eżenzjonijiet mogħtija lill-operaturi tal-MTFs tad-DLT fl-Unjoni kollha, anki fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-adegwatezza tad-diversi tipi ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata mill-operaturi tal-MTFs tad-DLT għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament; u

(b)

l-eżerċizzju tal-għażla prevista fl-Artikolu 3(6).

Tali linji gwida għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja.

L-ESMA għandha taġġorna perjodikament tali linji gwida.

Artikolu 8 9

9.   Fi żmien 90 jum ta’ xogħol mid-data li tasal applikazzjoni kompluta għal permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni u tiddeċiedi jekk tagħtix il-permess speċifiku. Meta applikant japplika simultanjament għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE u għal permess speċifiku skont dan ir-Regolament, il-perijodu ta’ valutazzjoni jista’ jiġi estiż għal perijodu ulterjuri sa dak speċifikat fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 8 10

10.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7 u 44 tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tagħti permess biex titħaddem MTF tad-DLT jekk ikun hemm raġunijiet biex temmen li:

(a)

hemm riskji sinifikanti għall-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja li mhumiex indirizzati u mitigati kif xieraq mill-applikant;

(b)

il-permess speċifiku biex titħaddem MTF tad-DLT u l-eżenzjonijiet mitluba huma mfittxija bl-iskop li jiġu evitati r-rekwiżiti ġuridiċi jew regolatorji; jew

(c)

l-operatur tal-MTF tad-DLT mhux se jkun jista’ jikkonforma, jew mhux se jħalli lill-utenti tiegħu jikkonformaw, mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Unjoni jew ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 8 11

11.   Permess speċifiku għandu jkun validu fl-Unjoni kollha sa sitt snin mid-data tal-ħruġ. Il-permess speċifiku għandu jispeċifika l-eżenzjonijiet li jingħataw f’konformità mal-Artikolu 4, kwalunkwe miżura ta’ kumpens u kwalunkwe limitu aktar baxx stabbilit mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 3(6).

L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis lill-ESMA bl-għoti, bir-rifjut jew bl-irtirar ta’ permess speċifiku skont dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe informazzjoni speċifikata skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha:

(a)

il-lista ta’ MTFs tad-DLT, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-permessi speċifiċi tagħhom, il-lista ta’ eżenzjonijiet mogħtija lil kull waħda minnhom, u kwalunkwe limiti aktar baxx stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għal kull waħda minnhom; u

(b)

l-għadd totali ta’ talbiet għal eżenzjonijiet li saru skont l-Artikolu 4, li jindikaw l-għadd u t-tipi ta’ eżenzjonijiet mogħtija jew irrifjutati, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet għar-rifjuti eventwali.

L-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandha tkun ippubblikata fuq bażi anonima.

Artikolu 8 12

12.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8 u 44 tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti għandha tirtira permess speċifiku jew kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet, f’każ li:

(a)

ikun instab difett fil-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata, jew fis-servizzi u fl-attivitajiet ipprovduti mill-operatur tal-MTF tad-DLT, li joħloq riskju għall-protezzjoni tal-investituri, għall-integrità tas-suq jew għall-istabbiltà finanzjarja, u li r-riskju jegħleb il-benefiċċji tas-servizzi u tal-attivitajiet fil-fażi ta’ sperimentazzjoni;

(b)

l-operatur tal-MTF tad-DLT ikun kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-eżenzjonijiet;

(c)

l-operatur tal-MTF tad-DLT ikun ammetta għan-negozjar ta’ strumenti finanzjarji li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1);

(d)

l-operatur tal-MTF tad-DLT ikun qabeż il-limitu msemmi fl-Artikolu 3(2);

(e)

l-operatur tal-MTF tad-DLT ikun qabeż il-limitu msemmi fl-Artikolu 3(3) u ma jkunx attiva l-istrateġija ta’ tranżizzjoni; jew

(f)

l-operatur tal-MTF tad-DLT ikun kiseb il-permess speċifiku jew l-eżenzjonijiet relatati abbażi ta’ informazzjoni qarrieqa jew ommissjoni materjali.

Artikolu 8 13

13.   Meta operatur tal-MTF tad-DLT biħsiebu jintroduċi bidla materjali għall-funzjonament tat- teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata, jew għas-servizzi jew għall-attivitajiet ta’ tali operatur, u li tali bidla materjali teħtieġ permess speċifiku ġdid, eżenzjoni ġdida, jew il-modifika ta’ waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet eżistenti tal-operatur jew ta’ kwalunkwe kundizzjoni marbuta ma’ eżenzjoni, l-operatur tal-MTF tad-DLT għandu jitlob permess speċifiku ġdid, eżenzjoni ġdida jew modifika.

Meta operatur tal-MTF tad-DLT jitlob permess ġdid, eżenzjoni ġdida jew modifika, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4. Tali talba għandha tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.