+Artikolu 9 4

Artikolu 9 4

4.   Applikazzjoni għal permess speċifiku biex titħaddem SS tad-DLT skont dan ir-Regolament għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-pjan tan-negozju tal-applikant, ir-regoli tal-SS tad-DLT u kwalunkwe terminu legali kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) kif ukoll l-informazzjoni dwar il-funzjonament, is-servizzi u l-attivitajiet tal-SS tad-DLT kif imsemmi fl-Artikolu 7(3);

(b)

deskrizzjoni tal-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2);

(c)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 7(4);

(d)

il-provi li juru li l-applikant għandu stabbiliti biżżejjed salvagwardji prudenzjali biex jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu u jikkumpensa lill-klijenti tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(6), it-tielet subparagrafu;

(e)

fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ kustodja għall-istrumenti finanzjarji tad-DLT tal-klijenti kif imsemmi fl-Artikolu 7(5);

(f)

deskrizzjoni tal-arranġamenti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investituri u deskrizzjoni tal-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti tal-klijenti u r-rimedju fir-rigward tal-klijenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu;

(g)

l-istrateġija ta’ tranżizzjoni tal-applikant; u

(h)

l-eżenzjonijiet li l-applikant qiegħed jitlob skont l-Artikolu 5, il-ġustifikazzjoni għal kull eżenzjoni mitluba u kwalunkwe miżura ta’ kumpens proposta u l-mezzi li bihom biħsiebu jikkonforma mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn l-eżenzjonijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.