|
+Artikolu 9 7 |
Artikolu 9 77. Meta jkun neċessarju għall-promozzjoni tal-konsistenza u tal-proporzjonalità tal-eżenzjonijiet, jew meta neċessarju biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja, l-ESMA għandha tagħti lill-awtorità kompetenti opinjoni mhux vinkolanti rigward l-eżenzjonijiet mitluba jew l-adegwatezza tat-tip ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, fi żmien 30 jum ta’ kalendarju mir-riċeviment tal-kopja ta’ tali applikazzjoni. Qabel ma toħroġ opinjoni mhux vinkolanti, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u għandha tieħu l-ogħla kont tal-fehmiet tagħhom meta toħroġ fl-opinjoni tagħha. Meta l-ESMA toħroġ opinjoni mhux vinkolanti, l-awtorità kompetenti għandha tqis b’mod dovut tali opinjoni u, fuq talba tal-ESMA, għandha tagħti lil din tal-aħħar dikjarazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn tali opinjoni. L-opinjoni tal-ESMA u d-dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti ma għandhomx isiru pubbliċi. L-awtoritajiet rilevanti speċifikati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 għandhom jagħtu lill-awtorità kompetenti opinjoni mhux vinkolanti dwar il-karatteristiċi tal-SS tad-DLT imħaddma mill-applikant fi żmien 30 jum ta’ kalendarju mir-riċeviment ta’ tali applikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|