11. Permess speċifiku għandu jkun validu fl-Unjoni kollha sa sitt snin mid-data tal-ħruġ. Il-permess speċifiku għandu jispeċifika l-eżenzjonijiet li jingħataw f’konformità mal-Artikolu 5, kwalunkwe miżura ta’ kumpens u kwalunkwe limitu aktar baxx stabbilit mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 3(6).
L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis lill-ESMA u lill-awtoritajiet rilevanti speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu bl-għoti, bir-rifjut jew bl-irtirar ta’ permess speċifiku skont dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe informazzjoni speċifikata skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha:
|
(a)
|
il-lista ta’ SSs tad-DLT, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-permessi speċifiċi tagħhom, il-lista ta’ eżenzjonijiet mogħtija lil kull waħda minnhom, u kwalunkwe limitu aktar baxx stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti għal kull waħda minnhom; u
|
|
(b)
|
l-għadd totali ta’ talbiet għal eżenzjonijiet li saru skont l-Artikolu 5, li jindikaw l-għadd u t-tipi ta’ eżenzjonijiet mogħtija jew irrifjutati, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet għar-rifjuti eventwali.
|
L-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandha tkun ippubblikata fuq bażi anonima.