2. Meta persuna ġuridika tapplika għall-awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment jew għal awtorizzazzjoni biex tħaddem suq regolat skont id-Direttiva 2014/65/UE, jew bħala CSD skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 u, simultanjament, tapplika għal permess speċifiku skont dan l-Artikolu, bl-iskop uniku li tħaddem TSS tad-DLT, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tivvaluta jekk l-applikant jissodisfax tali rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE jew dawk tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 li fir-rigward tagħhom l-applikant ikun talab eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.