3. Meta, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, persuna ġuridika tapplika simultanjament għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment jew għal awtorizzazzjoni biex tħaddem suq regolati jew għal awtorizzazzjoni bħala CSD, u għal permess speċifiku, għandha tippreżenta, fl-applikazzjoni tagħha, l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 rispettivament, għajr għall-informazzjoni li tkun neċessarja biex turi l-konformità mar-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom l-applikant ikun talab eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.