3. L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ kwalunkwe miżura korrettiva fir-rigward tal-pjan tan-negozju tal-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT, għar-regoli tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT u t-termini legali biex tiżgura l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja. L-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandha tirrapporta dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura korrettiva meħtieġa mill-awtorità kompetenti, fir-rapporti tagħha kif imsemmija fil-paragrafu 4.