+Artikolu 11 Kooperazzjoni bejn l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6

Artikolu 11 Kooperazzjoni bejn l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u għad-Direttiva 2014/65/UE, l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti.

B’mod partikolari, l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom wara li jsiru konxji ta’ kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet ta’ hawn taħt, mingħajr dewmien:

(a)

kwalunkwe bidla materjali proposta fil-pjan tan-negozju tagħhom inkluż bidliet relatati mal-persunal kritiku, mar-regoli tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT u mat-termini legali;

(b)

kwalunkwe evidenza ta’ aċċess mhux awtorizzat, ħsara materjali, telf, attakki ċibernetiċi jew theddid ċibernetiku ieħor, frodi, serq jew malprassi serja oħra li jkun sofra l-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT;

(c)

kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni pprovduta lill-awtorità kompetenti;

(d)

kwalunkwe diffikultà teknika jew operazzjonali fit-twettiq tal-attivitajiet jew fil-forniment tas-servizzi li huma soġġetti għall-permess speċifiku, inklużi diffikultajiet relatati mal-iżvilupp jew mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u mal-istrumenti finanzjarji tad-DLT; jew

(e)

kwalunkwe riskju li jolqot il-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja li jkun irriżulta u li ma kienx antiċipat fl-applikazzjoni li titlob il-permess speċifiku jew li ma kinux antiċipati fiż-żmien meta ngħata l-permess speċifiku.

Il-bidliet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (a) għandhom ikunu notifikati tal-anqas erba’ xhur qabel ma tkun ippjanata l-bidla, indipendentement mill-fatt jekk il-bidla materjali proposta tkunx teħtieġ bidla fil-permess speċifiku jew fl-eżenzjonijiet relatati jew fil-kundizzjonijiet mehmuża ma’ tali eżenzjonijiet, f’konformità mal-Artikoli 8, 9 jew 10.

F’każ ta’ notifika tal-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (e), l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT jippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8(13), l-Artikolu 9(13) jew l-Artikolu 10(13), jew tista’ titlob lill-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT jieħu l-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 11 2

2.   L-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li din teħtieġ.

Artikolu 11 3

3.   L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ kwalunkwe miżura korrettiva fir-rigward tal-pjan tan-negozju tal-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT, għar-regoli tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT u t-termini legali biex tiżgura l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja. L-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandha tirrapporta dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura korrettiva meħtieġa mill-awtorità kompetenti, fir-rapporti tagħha kif imsemmija fil-paragrafu 4.

Artikolu 11 4

4.   Kull sitt xhur mid-data tal-permess speċifiku, l-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jissottometti rapport lill-awtorità kompetenti. Dan ir-rapport għandu jinkludi:

(a)

sommarju tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;

(b)

l-għadd u l-valur ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT ammessi għan-negozjar fl-MTF tad-DLT jew fit-TSS tad-DLT u l-għadd u l-valur ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT irreġistrati minn operatur tal-SS tad-DLT jew tat-TSS tad-DLT;

(c)

l-għadd u l-valur tat-tranżazzjonijiet innegozjati fl-MTF tad-DLT jew f’TSS tad-DLT u saldati mill-operatur tal-SS tad-DLT jew tat-TSS tad-DLT;

(d)

valutazzjoni motivata ta’ kwalunkwe diffikultà fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji jew tal-liġi nazzjonali; u

(e)

kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu implimentati il-kundizzjonijiet ta’ kumpens jew miżuri korrettivi mitluba mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11 5

5.   L-ESMA għandha taqdi rwol ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti, bil-għan li jinbena fehim komuni tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT, li tinħoloq kultura superviżorja komuni u l-konverġenza ta’ prattiki superviżorji, u li jiġu żgurati approċċi konsistenti u konverġenza fir-riżultati superviżorji.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu b’mod puntwali lill-ESMA l-informazzjoni u r-rapporti rċevuti mill-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jinformaw lill-ESMA bil-miżuri meħuda f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi regolari dwar:

(a)

kwalunkwe rapport imressaq skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

kwalunkwe permess speċifiku u eżenzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta magħhom;

(c)

kwalunkwe rifjut minn awtorità kompetenti li tagħti permess speċifiku jew eżenzjoni, kwalunkwe rtirar ta’ permess speċifiku jew eżenzjoni u kwalunkwe waqfien ta’ negozju ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT.

Artikolu 11 6

6.   L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-permessi speċifiċi u kwalunkwe eżenzjoni relatata u kundizzjoni marbuta ma’ tali eżenzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ kumpens jew korrettiva meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti. L-ESMA għandha tressaq rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif tali permessi speċifiċi, eżenzjonijiet, kundizzjonijiet u miżuri ta’ kumpens jew korrettivi jiġu applikati fil-prattika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.