+Artikolu 14 2

Artikolu 14 2

2.   Abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, fi żmien tliet xhur minn meta jasal tali rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Tali rapport għandu jinkludi analiżi kost-benefiċċji dwar jekk ir-reġim pilota previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġx li:

(a)

jiġi estiż għal perijodu ieħor sa massimu ta’ tliet snin;

(b)

jiġi estiż għal tipi oħra ta’ strument finanzjarju li jistgħu jinħarġu, jiġu rreġistrati, jiġu ttrasferiti jew jinħażnu bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit;

(c)

jiġi emendat;

(d)

isir permanenti permezz ta’ emendi xierqa tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji; jew

(e)

jintemm, inklużi l-permessi speċifiċi kollha mogħtija skont dan ir-Regolament.

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista’ tipproponi kwalunkwe emenda xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li tkun tiffaċilita l-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit fis-settur finanzjarju, kif ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex issir it-tranżizzjoni tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT barra mir-reġim pilota previst f’dan ir-Regolament.

Fil-każ li dan ir-reġim pilota jiġi estiż għal perijodu ulterjuri kif previst fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha titlob lill-ESMA tippreżenta, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ estensjoni, rapport addizzjonali f’konformità mal-paragrafu 1. Malli tirċievi dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport addizzjonali f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.