+Artikolu 14
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.

Artikolu 14

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom, fir-rigward tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, jinfurmaw lill-investituri tagħhom, qabel id-deċiżjoni tal-investiment ta’ dawn tal-aħħar, b’mod ċar u li jinftiehem, dwar dan li ġej:

(a) 

l-identità ta’ dak il-maniġer u kwalunkwe fornituri ta’ servizzi oħra kuntrattati minn dak il-maniġer fir-rigward tal-ġestjoni tagħhom, u deskrizzjoni tad-dmirijiet tagħhom;

▼M1

(b) 

l-ammont ta’ fondi proprji disponibbli għal dak il-maniġer biex iżomm ir-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa għall-ġestjoni xierqa tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

▼B

(c) 

deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-EuSEF, inklużi:

(i) 

it-tipi tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom għandu l-ħsieb li jinvesti;

(ii) 

kwalunkwe fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ieħor li fih għandu l-ħsieb li jinvesti;

(iii) 

it-tipi ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom kwalunkwe fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ieħor, kif imsemmi fil-punt (ii), għandu l-ħsieb li jinvesti;

(iv) 

l-investimenti mhux kwalifikanti li għandu l-ħsieb li jagħmel;

(v) 

it-teknika li għandu l-ħsieb li juża; u

(vi) 

kwalunkwe restrizzjoni ta’ investiment applikabbli;

(d) 

l-impatt soċjali pożittiv fil-mira tal-politika ta’ investiment tal-EuSEF, inklużi, fejn dawn ikunu relevanti, projjezzjonijiet ta’ dawn l-eżiti skont kif ikun xieraq, u tagħrif dwar prestazzjoni fl-imgħoddi f’dan il-qasam;

(e) 

il-metodoloġiji li se jintużaw sabiex jitkejlu l-impatti soċjali;

(f) 

deskrizzjoni tal-assi li ma jkunux impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-proċess u l-kriterji li jintużaw għas-selezzjoni ta’ dawn l-assi, sakemm ma jkunux flus jew inkella ekwivalenti ta’ flus;

(g) 

deskrizzjoni tal-profil tar-riskju tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u kwalunkwe riskji assoċjati mal-assi li fihom jista’ jinvesti l-fond jew it-teknika tal-investiment li jistgħu jkunu użati;

(h) 

deskrizzjoni tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-metodoloġija tal-ipprezzar għall-valutazzjoni tal-assi, inklużi l-metodi użati għall-valutazzjoni ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti;

(i) 

deskrizzjoni ta’ kif tiġi ikkalkolata r-remunerazzjoni tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(j) 

deskrizzjoni tal-ispejjeż rilevanti kollha u l-ammonti massimi tagħhom;

(k) 

meta tkun disponibbli, il-prestazzjoni finanzjarja storika tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(l) 

is-servizzi ta’ appoġġ tan-negozji u l-attivitajiet ta’ appoġġ l-oħrajn forniti mill-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew irranġanti permezz ta’ partijiet terzi sabiex jiffaċilita l-iżvilupp, it-tkabbir jew b’xi mod ieħor l-operazzjonijiet kurrenti tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jinvesti jew inkella, fejn dawn is-servizzi jew l-attivitajiet ma jkunux ipprovduti, spjegazzjoni dwar dak il-fatt;

(m) 

deskrizzjoni tal-proċeduri li bihom il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jista’ jibdel l-istrateġija tal-investiment jew il-politika tal-investiment tiegħu, jew it-tnejn.

Artikolu 14 2.
It-tagħrif kollu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jinżamm aġġornat u jiġi revedut b’mod regolari fejn relevanti.
Artikolu 14 3.
Fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun meħtieġ jippubblika prospett f’konformità mad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ ( 4 ) jew f’konformità mal-liġi nazzjonali fir-rigward tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tingħata jew separatament jew bħala parti mill-prospett.
Artikolu 14 4.

Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 26 biex tispeċifika:

(a) 

il-kontenut tat-tagħrif imsemmi fil-punti (c) sa (f) u (l) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

kif it-tagħrif kif imsemmi fil-punti (c) sa (f) u (l) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi ppreżentat b’mod uniformi sabiex jiżgura l-ogħla livell possibbli ta’ komparabbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.