+Artikolu 17
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
|
Artikolu 17
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u lill-ESMA immedjatament dwar kwalunkwe reġistrazzjoni jew tneħħija mir-reġistru ta’ maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali, u ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista tal-Istati Membri fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali bi ħsiebu jikkummerċjalizza dawk il-fondi. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li ġie rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 15a għandu jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, u lill-ESMA, dwar kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ Stati Membri fejn il-maniġer ta’ dak il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti bi ħsiebu jikkummerċjalizza dak il-fond.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jimponu fuq il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti xi rekwiżit jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, u lanqas ma għandhom jeżiġu xi approvazzjoni ta’ dik il-kummerċjalizzazzjoni qabel ma tibda’. Tali rekwiżiti tal-proċeduri amministrattivi jinkludu drittijiet u imposti oħra.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format tan-notifika taħt dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 17 4.
|
L-AETS għandha tippreżenta dawn l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-16 ta’ Frar 2014.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|